Għal li jista’ jkun il-gays u nies ta’ kulur mhux tajbin biex jieħdu sehem fuq Love Island Malta fuq TVM?
Minn qarrej ta’ dan il-blogg
Bħal ma ħafna jafu, fuq l-istazzjon Nazzjonali Malti bdiet tixxandar sensiela ta’ Love Island Malta. Din is-sensiela qajmet diversi reazzjonijiet, hemm min qed togħġbu u hemm min qed jikkritikaha. Mill-kritiċi, hemm min qed jikkritika l-kwalita’, oħrajn qed jikkritikaw l-użu ħafna tal-ilsien Ingliż, hemm ukoll dawk li qed jiskrupplaw għal elementi sesswali li jista’ fih dan il-programm. Taf int, ħalli dawn affarijiet narawhom fuq stazzjonijiet barranin, hemm ma jimpurtawx u probabbli nsibuhom ta’ interess, imma fuq stazzjon Malti, ma tarax! Imma dik toħroġ biss kemm il-poplu Malti hu ipokrita! Jekk minhiex żbaljat, fil-programm qed jikkontestaw għaxar żgħażagħ.
Għidt li għal dan il-programm ġew imqajjma numru ta’ reazzjonijiet. Pero, dejjem jekk minhiex zbaljat, hemm reazzjoni li għadni ma smajtx biha. U din, x’inhi? Dawn iż-żgħażagħ jidhru li huma kollha etrosesswali u ta’ karnaġġjon bajda. Mela għandna pajjiż li għaddej f’ġirja sfrenata dwar id-drittijiet tal-ġeneri sesswali differenti, u duttrina sħiħa kemm is-soċjeta’ għandha taċċetta kull ġeneru li jista jeżisti u oħrajn li jistgħu ifaqsu ‘il quddiem. Nitkellmu dwar inklussivita’ u kemm m’aħniex poplu razzist.
Mill-parlament, saħansitra għaddejna numru ta’ liġijiet biex insaħħu d-drittijiet tal-LGBTIQ+. Il-Gvern spiss isemmi kemm Malta għamlet qabżiet ‘il quddiem fid-drittijiet tal-LGBTIQ+ u jiftaħar ukoll kif Malta tinsab fuq quddiem meta pparagunata ma’ pajjiżi oħrajn fejn jidħlu id-drittijiet tal-LGBTIQ+. Niftaħru ħafna kemm aħna pajjiż li nemmnu fid-diversita’ u fil-multikulturalita’.
Qed niġu ddutrinati ukoll li tkun Gay, Lisbjana, Bissesswali, Trans, Queer, etc. etc., hi OK. Qed niskanta kif s’issa il-komunita’ tal-LGBTQ+ u Dragma Parents għadhom ma ħarġux bir-reazzjoni tagħhom u forsi anki saħasitra b’kundanna tagħhom għal dan il-programm, għax persuni LGBTIQ+ ma ġewx inklużi, għaliex jidher li ġew esklużi. Dawn x’affarijiet huma! Jew qegħdin nimbuttaw, l-inklużjoni fis-soċjeta’, jew le! Jista’ jkun li sejjer żbaljat. Jista’ jkun li fil-puntati li ġejjin nassistu għal xi “twist” u xi ħadd mill-kontestanti joħroġ “open”.
Naraw ‘il quddiem.
Sliem.

Waqajna fiz – Zibel b’ Programmi bhal – Dawn.
Il-format barrani tal-programm qieghed ghal koppji straight – hemm formats differenti ghal koppji LGBT u anke reality shows tematici ghal nies LGBT – pero qam kjass b’dan, laqqas biss nimmagina x’iqum jekk jidhru nies omosesswali jfittxu l-imhabba fuq it-televixin! Ghandna affarijiet hafna iktar importanti u xokkanti li hemm bzonn nitkazaw fuqhom – dak kollhu li gara lbierah huwa biss ezempju wiehed.