Veru li l-elezzjoni fl-MZPN ma saritx?
Jista’ xi ħadd fil-PN jikkonferma jekk l-elezzjoni għall-kumitat tal-MZPN saritx jew le. Veru dak li qed jingħad li Peter Fenech ħassar din l-elezzjoni u ġie rikonfermat il-kumitat ta’ qabel? Kif kien irrapporta dan l-istess sit, kien hemm tiżgwid bejn żewġ gruppi li kienu interessati li joħorġu għall-elezzjoni ta’ dan il-kumitat. Grupp minnhom għamel kampanja bir-ritratti u ppreżenta ruħu bħala grupp. Din ġiet mitqiesha minn Peter Fenech bħala block vote. Fenech ħass li din ma kienetx xi ħaġa regolari. Dan is-sit jinsab infurmat li Peter Fenech kien qalhom li ser jissospendihom. Quddiem din il-pressjoni, ħafna minnhom irtiraw mill-elezzjoni.
Għalhekk huwa importanti li l-PN jgħid sew x’ġara f’dan il-każ partikolari. Veru li Peter Fenech ħassar l-elezzjoni? Jew inkella l-grupp ġdid kollu li kien ħiereġ ħassar l-interess tiegħu u irtira u b’hekk ma saretx l-elezzjoni tal-MZPN u ġie ikkonfermat l-kumitat preċendenti?
Issa ta’ min jgħid li Peter Fenech hu l-filjozz ta’ Louis Galea. Dan żgur li nesa li fi żmienu, Louis Galea kien mustaċċun ta’ kif kienu jsiru l-block votes fil-PN.
Peress li ma smajna xejn dwar dan nixtieq nistaqsi liema hija l-verita’ tal-fatti. J’alla li l-PN jgħid sew x ġara f’MZPN u kif il-kumitat ta’ qabel reġa’ ġie elett bla elezzjoni.
Fuq kollox, veru li dawk li ma riduhomx joħorġu għalquhom ġo kamra u bdew jgħajtu magħhom? Jidher li f’dan il-kumitat spiċċaw dawn iż żgħażagħ li s-segretarju ġenerali ried li jkunu fuq dan il-kumitat. Jekk dan hu minnu, żgur li din mhix il-politika ta’ inklużjoni li jemmen fiha l-Partit Nazzjonalista. Jekk dan hu minnu, din hija arroganza at its best. Dan hu partit li ma jitgħallem qatt.
