Dalgħodu, Jason Azzopardi kellu laqgħa mal-avukat Joseph Zammit Maempel

Dalgħodu, għall-ħabta ta’ 11.15 am, Jason Azzopardi kien Triq San Ġwann il-Belt ġo kaffetterija Taljana mal-avukat Joseph Zammit Maempel u deher inkwetat minħabba l-artiklu ta’ Salvu Balzan.

It-tifel ta’ dan l-avukat ma huwa ħadd ħlief Michael Zammit Maempel li l-ħin kollu jiffumenta mibgħeda lejn il-Laburisti, inkluż lejn dawk b’konnessjonijiet ma’ Yorgen Fenech. Michael Zammit Maempel huwa biċċa waħda ma’ Fr. Joe Borg u tqiegħed l-avukat tal-media tal-Knisja.

Joe Zammit Maempel magħruf kemm ħa retainers taħt l-PN, bħal ma hija l-Malta Gaming Authority u l-Malta Freeport taħt Austin Gatt. Hu pparentat ma’ Austin Gatt. Il-mara ta’ Austin Gatt tiġi oħtu.

Fuq kollox, u din l-ebda mainstream media ma tgħidha, il-partner legali ta’ Joseph Zammit Maempel jagħti servizzi legali lit-Tumas Group ta’ Yorgen Fenech. Biex ma jkunx hemm diżgwid, l-avukat hu Gege Vella li hu partner ma’ Joseph Zammit Maempel. Gege Vella jiġi ħu l-Imħallef Anthony Vella li kien l-maġistrat fuq l-inkjesta ta’ Daphne Caruana Galizia u li fi żmienu l-familja tal-Caruana Galizia qerdu l-computer ta’ Daphne u wara sar imħallef. Quddiem l-imħallef Anthony Vella qed tidher il-kawża tas-separazzjoni ta’ Jason Azzopardi.

Qed ngħid dan biex Vicki Ann Cremona tifhem bil-mod min qed jieħu l-flus mingħand it-Tumas Group.

Ritratt li kont ippubblikajt snin ilu ta’ Jason Azzopardi jitkellem mal-Imħallef Anthony Vella.

2 thoughts on “Dalgħodu, Jason Azzopardi kellu laqgħa mal-avukat Joseph Zammit Maempel

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *