Saviour Balzan jikxef li kien Jason Azzopardi li għadda c-chats lill-ġurnalisti: issa kulħadd jista’ jikkonkludi min hu l-veru mafjuż!

Illum għadni kif ippubblikajt artiklu dwar Saviour Balzan fejn fih għidt li jien staqsejtu ftit mistoqsijiet imma ma tanix tweġiba. Sadanittant għadni kif rajt l-artiklu li ppubblika Saviour fil-Malta Today li in parti, imma mhux b’mod komplet, wieġeb għall-mistoqsijiet tiegħi.

Illum Saviour Balzan ippubblika artiklu fejn fih akkuża lil Jason Azzopardi bħala l-persuna li għadda chats projbiti lill-ġurnalisti u dan ifisser li huwa l-persuna li għadda dawn iċ-chats lil Mark Camilleri.

Infakkar li Jason Azzopardi talab li jibdew proċeduri kriminali kontra tiegħi għaliex qal li jien ippubblikajt chats li kien hemm divjit fuqhom mill-qorti meta jien qatt ma ppubblikajt xejn. Infakkar li l-Maġistrata Rachel Montebello kienet laqgħet it-talba ta’ Azzopardi u aċċettat il-prinċipju u t-teżi ta’ Azzopardi li min jippubblika affarijiet li huma projbiti huwa mafjuż. Infakkar li Azzopardi għamel dan l-argument f’isem il-familja Caruana Galizia.

Issa ħiereġ ċar li Jason Azzopardi huwa l-persuna li qed jikser id-divjit tal-qorti u jgħaddi l-informazzjoni lil terzi. Issa nispera li r-reġistratur tal- qrati jieħu l-miżuri meħtieġa wara dak li kiteb Saviour Balzan fuq Azzopardi. Nispera li l-Kamra tal-Avukati toħroġ stqarrija.

Nerġa’ nfakkar x’qal Azzopardi lill-qorti, jiġifieri lill-Maġistrata Montebello li min joħroġ materjal li hemm divjit fuq mill-qorti jkun f’assoċjazzjoni ma’ kriminali. Issa bl-argument ta’ Azzopardi stess kulħadd jaf min qiegħed f’assoċjazzjoni mal-kriminali. Dan hu l-avukat tal-familja tal-Caruana Galizia u anki biċċa waħda mar-Repubblichini u ma’ akkademiċi, bħal Professur Vicki Ann Cremona li jriduha ta’ Holier than thou. Il-Malti jgħid għidli ma’ min tagħmilha u ngħidlek x’int.

Infakkar li Jason Azzopardi huwa membru tal-Opus Dei, setta sigrieta li fiha hemm membri għoljin tal-ġudikatura. Issa kulħadd jista’ jikkonkludi minn fejn qed iġib il-protezzjoni dan l-avukat.

3 thoughts on “Saviour Balzan jikxef li kien Jason Azzopardi li għadda c-chats lill-ġurnalisti: issa kulħadd jista’ jikkonkludi min hu l-veru mafjuż!

  1. Li tostor l hazin lanqas hu tajjeb! X inhu l akbar valur ghandi d dubbji jekk hux li thalli l pubbliku fl ghama ta min jipprova jaghmilha l paladin tal informazzjoni meta imbaghad dan l istess paladin huwa f kuntatt kontinwu mal qarrieqa imhallas minnhom biex almenu ibengel s sewwa! Dan ghalija hu iktar hazin milli skond ma qed jigi imxandar tikser ordni tal Qorti!

    1. Edward. Issa ħareġ min hu l-mafjuż. Infakkrek li dan ried jitfagħni l-ħabs fuq pubblijazzjonijiet ta’ chats u issa hemm konferma li hu kien qed jikser id-divjit

  2. But dear DR. Mercieca who with two functional brain cells ever doubted who was /is all the time leaking mostly to others what is banned by the law courts and making all the rebus with the confidential information accuired through professional practice and rubbing shoulders and all with the right sourses. Issa we wait for the said victime for suing MT/SB for defamation if he have the big balls he is said to have.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *