Kien membru tal-Opus Dei, Michael Axiaq li ressaq il-mozzjoni biex jitkeċċa Adrian Delia minn kap
Fi blogg li tellajt dalgħodu, jien għidt li Jason Azzopardi hu membru tal-Opus Dei. Din hija waħda mis-setet massoniċi li għandha interess li tiddefendi l-qattiel jew qattiela ta’ Daphne Caruana Galizia. Illum ħareġ ċar minn dak li kiteb Savoiur Balzan li bil-mod kif ħadem u qed jaħdem l-avukat Jason Azzopardi ġab il-proċess ġuridiku kontra Yorgen Fenech trietaq. Jien semmejt li hemm membri tal-ġudikatura fl-Opus Dei. Ara kif dawn jistgħu llum jiggarantixxu proċess ġust u ekwu lil Yorgen Fenech! Fuq dawn in-nies, membri fil-ġudikatura ser inkun qed nikteb fi blogg separat.
Biss f’dan il-blog nixtieq nieqaf fuq dettall wieħed. Fil-kitba tiegħu, Saviour Balzan semma kif il-membru tal-Opus Dei, Jason Azzopardi ħadem biex itajjar lil Adrian Delia minn kap. Dak in-nhar kienu ntużaw ċ -chats ta’ Yorgen Fenech li ppubblikat b’kumbinazzjoni The Times. Illum, Balzan stess qed jammetti bla ma jgħidha li Adrian Delia kien ġie ffrejmjat minn Jason Azzopardi u l-ġurnal The Times.
Imma hemm dettal ieħor li wieħed għandu jiftakar wara dan l-artiklu ta’ Saviour Balzan. Il-persuna li kienet ressqet il-mozzjoni fl-esekuttiv tal-Partit Nazzjonalista biex jitneħħa Adrian Delia kien membru tal-Opus Dei. Hawn qed nirreferi għat tabib Michael Axiaq. Ovvjament miskin, din kienet kumbinazzjoni!
U ħa nfakkar dettall ieħor ta’ meta Adrian Delia kien attenda l-pontifikal tat-8 ta’ Settembru ġewwa San Ġwann. Dan il-pontifikal għamlu Charles Scicluna, membru ieħor tal-Opus Dei. Dak in-nhar, Scicluna ħa b’idejn id-dinjitarji kollha, imma ma ħax b’idejn Adrian Delia. Sellimlu biss b’rasu f’messaġġ ċar lil sħabu tal-Opus Dei li hu magħhom biex jitneħħa Adrian Delia. Imbagħad il-mikrofonu ta’ Alla, Fr. Joe Borg u l-media tal-Knisja sponsorjata mill-APS Bank kienu attakkaw lil Adrian Delia kemm jifilħu u bla kantunieri.
Wara dan l–artiklu ta’ Saviour Balzan, Fr. Joe Borg jista’ jmur irtir sa Għawdex ma’ l-arċidjaknu tal-katidral, Monsinjur Bajada u jieħdu magħhom lil de Crespo ħalli jirriflettu ftit fuq min huma x-xitan il-kbir u x-xitan iż-żgħir,
Kollox maħdum biżżilla għaliex dawn in-nies jafu li għandhom il-protezzjoni tal-pulizija u ta’ esponenti għoljin fil-ġudikatura. Imbagħad temmen li ċertu ġudikanti qegħdin hemm għas-servizz tal poplu. Ħożż fl-ilma. Aħjar il-media tibda tikteb dwar dawk il-ġudikanti li qegħdin hemm għas-servizz tal-Opus Dei u sħabhom!

Michael Axiaq.
Mintoff kien jirreferu ghalihom bhala l-forzi tad-dlamijiet.
Nahseb int ma kontx temmnu lil Mintoff dak iz-zmien?
Opus Dei is one sinister secretive organisation.
Mela veru li Adrian Delia ihobb jissawwat