Il-mekkaniżmu tar-rappreżentanza tal-ġeneru falla: minflok jitwarrab ser ikun estiż għall-kunsilli lokali.
Minn Edwin Vassallo
Il-mekkaniżmu għar-rappreżentanza ġusta tal-ġeneru kien ippreżentat lill-poplu Malti bħala mekkaniżmu ġust. Iżda issa, li ddaħħal fis-seħħ, qed juri li f’realta’, dan il-mekkaniżmu falla. Illum jidher ċar li fil-prattika, kull ma sar, sar biss għall-fini ta’ argument politiku.
L-argument tiegħi llum huwa li jekk nafu li dan l-esperiment ma ħadimx, ma għandna l-ebda obbligu li nkomplu nwessgħuh kif qed jipproponi l-gvern. Qed ngħid dan għaliex dan l-esperiment issa ser isir anki realta’ fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali. Jekk wieħed irid prova, għandu jara l-kummenti tan-nies fuq din il-miżura u jinduna li l-poplu mhux qed jaqbel magħha.

In-nies stess qed tibda tirrikonoxxi li dan il-mekkaniżmu għall-ġeneru, hu fih innifsu, żbaljat mill-bidu nett tiegħu għaliex jekk inkunu rridu verament nilħqu l-iskop ta’ dan il-ħsieb, ikun ifisser li kull persuna ta’ ġeneru legalment rikonoxxut, għandha dritt titlob li tkun rappreżentata fil-Parlament u issa wkoll fil-kunsilli lokali anki jekk ma ġġibx il-kwota tal-voti.
Għalhekk mil-loġika tal-oriġini tagħha, din l-ideoloġija hija falza. Legalment din il-liġi ser toħloq problemi legali kbar minħabba din l-istess falzita’ u l-preċedenti li qed toħloq din l-istess ideoloġija, fejn issa, hemm lok fejn ikomplu jiżdiedu dawk li ma jiġux eletti, dan kollu għaliex jidħlu b’dan il-mekkaniżmu. Dan kollu għaliex il-kelma “ġeneru” spiċċat tfisser aktar mis-sess femminili. Fuq kollox, u hawn jinsab il-bużilizz ta’ kollox, is-sess feminili ma għadux ikkonsidrat aktar bħala ġeneru. B’ġeneru qed nispiċċaw nifhmu affarijiet oħra!
Nitlob lil min hu risponsabbli li jikkunsidra kollox qabel ma wieħed jkompli b’din l-istrateġija li qed tirriżulta li hi żball politiku kbir.

Hemm ħafna x’tikkritika fuq dan il-mekkaniżmu imma li tgħid li falla ma tkunx ġust għaliex m’għandek l-ebda argument empiriku sabiex tipprova dan. Għad hemm min hu xettiku iva, imma ma jfissirx li falla. Iż-żmien jista’ jġħid jekk in-numru ta’ nisa eletti bil-vot popolari jiżdiedx jew le. Huwa stat ta’ fatt li n-numru ta’ nisa eletti kien għandu baxx u tajjeb li għandna aktar nisa fil-parlament. Hemm minnhom li qed jagħtu kontribut tajjeb d’diversi oqsma. Il-mekkaniżmu waħdu mhux biżżejjed sabiex iġib il-bidla meħtieġa fil-mentalita u kultura ta’ pajjiżna, pero ċertament li jista’ jgħin sabiex is-soċjeta’ tagħna tkun aktar ekwa bejn is-sessi.
Qabel almenu elezzjoni ohra mhux se nkunu nafu jekk dan il-mekkanizmu hux jahdem.
Hu mhux skond x’jiktbu erba min-nies li whud minnhom jaraw blu biss.
Naqra sens Edwin please!