Where your opinion counts

Il-viċi-sindku tal-Belt għandu raġun: anzi kien ġentili ħafna li ssuġġerixxa l-ilma

Fil-media soċjali kien hemm kritika għal dak li ssuġġerixxa l-viċi-sindku tal-Belt Valletta. Quddiem il-problema tal-istorbju u l-mużika tgħajjat, il-viċi-sindku qal lil residenta biex tlesti barmil ilma.

Din ġabet kritika min-nies. Anzi, il-viċi sindku kien ġeneruż.

Meta in-nies tal-Belt kienu ffaċċjati bi problemi simili fil-bidu tas-seklu dsatax, mhux barmil ilma kienu jwaddbu mill-gallarija, iżda l-ilma tas-slopp.

Din is-sitwazzjoni kienet ġie immemorizzata f’wieħed mill-watercolours jew akwarelli li jinsabu fil-memoriji tal-Ġeneral Whitmore.

Dan l-akwarell kien ġie ppubblikat fil-ktieb ‘The general : the travel memoirs of General Sir George Whitmore’.

Anki l-istampa użata għall-cover tal-ktieb turi l-kokofanija li kien hemm il-Belt Valletta fl-ewwel nofs tas-seklu dsatax, fejn bħal ma rajna fil_Ġimgħa l-Kbira, is-sagru jiltaqa’ mal-profan.

2 thoughts on “Il-viċi-sindku tal-Belt għandu raġun: anzi kien ġentili ħafna li ssuġġerixxa l-ilma

  1. It-tbatija li qed jgħixu n-nies f’dan il-pajjiż hija bla limitu! Storbju esagerat, traffiku bħal ħniena, kostruzzjoni bla rażan, densita’ tal-popolazzjoni bla preċedent, għoli tal-ħajja, toroq magħluqin u jdumu seklu biex jitlestew, korruzzjoni galore, nepotiżmu sfrenat, eċċ. Pajjiż fejn it-tbatija hija parti integrali mill-ħajja ta’ kuljum!! Politiċi skaduti li ħafna aktar nies qed jitilfu l-fiduċja fihom.

    1. Vince, merħba fiċ-ċivilta’ moderna. Mhux għax mhux minn dejjem kellna ħafna milli semmejt hawn speċjalment il-korruzzjoni galore u n-neputiżmu sfrenat meta dawwn kienu magħna minn dejjem. L-agħar firma ta’ korruzjoni u neputiżmu li ra dan il-pajjiż kien fi żmien l-interdett li ma kienx ħafna agħar minn żmien l-inkwiżizzjoni ħlief li minflokk jittorturawk fiżikament jew jaħarquk ħaj kienu jittorturawk mentalment jew jeżiljawk. Irringrazzja ‘l Alla fuq l-istorbju li għaddej minnhu pajjiżna ‘llum, għax dan kollu huwa sinjal ta’ attività sinjura u mhux sinjal ta’ faqar u disprament.

Leave a Reply to Vince Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *