Nicole Meilak tal-Malta Today toħroġ tiddefendi lir-Repubblichini u ma tistaqsix dwar fejn kienet id-due diligence li tant jgħajtu biha r-Repubblichini.

Mela dak li ġie ppubblikat mill-Illum dwar ir-Repubblichini kien kollu minnu. Jiġifieri dawn ħadu flus mingħand l-istess nies li huma jgħajru. Issa qed jgħidu li taw refużjoni jew aħjar raddu lura dawn il-flus.

U fuq kollox, fejn aħna nafu jekk ma ħadux aktar u taw biss dawk li nkixfu dwarhom mingħand nies li huma stess jgħajru? Għaliex ma jippubblikawx il-lista tad-donaturi tagħhom u kemm qed jagħtuhom jekk verament jemmnu fit-trasparenza?

Imma araw kif media imħallsa minn gvern tippubblika l-artikli dwarhom. Tippubblikahom b’mod pożittiv. Ara f’dan il-każ, il-Malta Today mhux tistaqsi dwar id-due diligence fejn kienet min-naħa tar-Repubblichini. Ir-Repubblichini jgħajtu tant bi due diligence! Għajtu tant huma u l-arċisqof Scicluna dwar fejn kienet id-due diligence meta Adrian Delia ġab somma ta’ flus lid-Dar tal-Providenza. Ara huma, id-due diligence li jridu fuq ħaddieħor ma jagħmluhiex.

Imma dawn iridu d-due diligence fuq ħaddieħor. Iridu li ħaddieħor jippubblika l-lista tad-donaturi, imma huma kollox fil-ħabi u jmorru jiġru jagħtu l-flus lura jekk jinqabdu.

3 thoughts on “Nicole Meilak tal-Malta Today toħroġ tiddefendi lir-Repubblichini u ma tistaqsix dwar fejn kienet id-due diligence li tant jgħajtu biha r-Repubblichini.

  1. Media li m’għandix lejali lejn il-verita’ imma lejn il-bias ta’ linja uffiċjali stabbiliti mit-tmexxija tal-media house!! Defiċit mal-verita’ li stampa mtappna jew mogħtija l-kuluri skont kif tidher min għajnejn il-ġurnalist li jkollu jogħġob lil ta’ fuqu!!! Ħadd ma jista’ jigdem l-id li qed titimgħu!!!

    1. Grazzi Vince tal-kontribuzzjonijiet tieghek. Sewwa qed tghid u naqbel mieghek. Ghalhekk dan is-sit mhux kompromess ghaliex la nithallsu minn xi hadd fuqna, la nahdmu kollha taht l-istess saqaf u lanqas irridu nobdu lil xi hadd/whud. B’hekk dejjem inheggeg biex il-qarrejja jaghtuna s-support halli nkomplu ghaddejjin u anki jxerrdu dawn l-artikli mal-erbat irjieh halli n-nies timxi lejn il-veritajiet u twarrab il-propaganda u n-nuqqas ta’ veritajiet li l-media taghtihom. Ma narahiex gusta li n-nies ma jinghatawx il-veritajiet. In-nies haqqhom iktar minn dak li l-media toffrilhom.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *