L-eks-Deputat Nazzjonalista Antoine Borg tqiegħed flok Anna Mallia fuq il-Bord tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji.
Ilbieraħ t’lura dan is-sit ta l-istorja li l-eks-Deputat Nazzjonalista, Antoine Borg li kien jgħaddi informazzjoni lir-Repubblichini, issa tqiegħed fuq il-Bord tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarju li hu mmexxi minn Alfred Mifsud. Wara li tellajt din l-istorja, l-avukata Anna Mallia għamlet dan il-kumment.

Fi kliem ieħor, dan l-eks-deputat Nazzjonalista qrib ta’ Repubblika tqiegħed fuq dan il-bord minflok Anna Mallia! Mhux għax Anna Mallia għandha bżonn toqgħod fuq xi bord biex taqla’ lira, għaliex għandha professjoni u llum mqabbda sew fil-professjoni tagħha. Imma l-azzjoni tħossha.
Anna Mallia kienet dejjem hemm, inkluż fl-agħar żminijiet għall-Partit Laburista, meta ftit mill-professjonisti kienu jersqu lejn dan il-Partit Laburista għaliex ma kienx jidher bħala partit rebbieħ u wħud minn dawk li qed igawdu llum kienu fuq in-naħa l-oħra.
Ilqat il-musmar fuq rasu. Bosta Laburisti li minn dejjem kienu hemm u baqgħu hemm anke fl-aktar mumenti diffiċli, illum jingħataw il-ġenb u twarrbu! Filwaqt li m’għandi l-ebda problema li nies kapaċi, irrispettivament mill-affiljazzjoni politika tagħhom li jingħataw karigi uffiċjali, pero tajjeb li wieħed jiftakar li dawn li Laburisti qed iħossu l-weġgħa li twarrbu! F’dan il-każ qed nitkellmu fuq persuna li ħadd ma jiddubita’ l-kompetenzi tagħha fil-qasam legali u li dejjem kienet soda fit-twemmin tagħha. Bħalha hemm bosta!