Is-sindku tan-Naxxar skulpata rigward il-permess ta’ bini ta’ torrijiet fin-Naxxar.
Minn osservatur politiku
Il-qorti lbieraħ ma aċċettatx appell mil-NGOs u residenti Naxxarin biex jdawwru l-permess maħruġ mill-Awtorita’ tal-Ippjanar biex jinbnew żewġ torrijiet ta’ għaxar u tmien sulari l-wieħed fin-Naxxar. Il-qorti ddikjarat li s-Sindku ma kellha ebda konflitt ta’ interess meta hi vvotat favur dan il-proġett.
Grupp ta’ nies li oġġezzjonaw resqu appell quddiem l-Environment Planning Review Tribunal fejn kienu għamlu referenza għall-imparzjalita’ tas-Sindku tan-Naxxar. Huma kien qalu li din l-imparzjalita kienet toħloq tħassib serju. Komplew jgħidu li s-Sindku kienet ivvotat favur il-proġett allavolja l-Kunsill Lokali tan-Naxxar kien fil-bidu qal li ma jaqbilx mat-torrijiet fil-lokalita’ tan-Naxxar.
Kienu komplew jixlu lis-Sindku li hi kienet segretarja ta’ kumpanija li s-sid tal-kumpanija kien il-perit tal-proġett. U allura komplew jgħidu li kellha konflitt ta’ interess. Imma l-EPRT ma aċċettatx dan l-appell u sabet li ma kien hemm ebda konflitt ta’ interess fid-deċiżjoni ta’ Muscat Fenech Adami. Dan it-tribunal kompla jgħid li s-Sindku kienet libera biex tesprimi l-ħsieb tagħha kif ħasset li kien propizju u jirrifletti wkoll id-dover tagħha bħala Sindku.
Din is-sentenza ta’ dan it-tribunal tirrifletti ikrah fuq l-għaġla li kellu l-Partit Nazzjonalista biex jordna lil Muscat Fenech Adami biex tivvota kontra dan il-proġett. Niftakru tajjeb x’kien inqala meta kien wasal biex jittieħed il-vot fuq dan il-proġett. Is-Sindku ma kienetx aċċettat id-deċiżżjoni u l-ordni maħruġa mill-Partit Nazzjonalista. Hija kienet baqgħet għaddejja bil-ħsibijiet tagħha u tal-Kunsill tan-Naxxar u vvutat favur il-proġett.
Muscat Fenech Adami kienet ġiet mhedda b’dixxiplina mill-Partit Nazzjonalista għaliex l-istess partit kien ħareġ kontra dan il-proġett fin-Naxxar. Imma l-Partit kien webbes rasu u ried li s-Sindku tirriżenja mill-pożizzjoni ta’ Sindku. Hija kienet rrifjutat għax qalet li ma kellha ebda konflitt ta’ interess u bil-vot tagħha kienet irriflettit il-ħsieb tal-Kunsill tagħha.
Il-Partit Nazzjonalista kien ressaq lis-Sindku tiegħu quddiem il-board ta’ dixxiplina tal-istess Partit li kien sab li s-Sindku kienet naqset u nstabet ħatja fuq xi nuqqasijiet. Imma Muscat Fenech Adami żammet sod u ma rriżenjatx kif talabha l-Partit Nazzjonalista. Ilbieraħ hi nstabet mhux ħatja għal mod kif aġġixxiet. Kieku rriżenjat kienet tkun għamlet dan kollu għalxejn għax mill-qorti ħareġ ċar li hi kellha kull dritt taġixxi l-mod kif aġixxiet.
