Hu ċar li l-familja Caruana Galizia trid tipproteġi l-mastermind wara d-delitt ta’ Daphne u għalhekk ippruvat tiddiskredita l-istqarrija tal-aħwa Degiorgio.

Minn osservatur politiku

Wara li aħwa Degiorgio ħarġu stqarrija fejn qalu li l-qattiela ta’ Daphne Caruana Galizia qed ikunu protetti min xi ħadd importanti, kien imiss lil Christian Grima jaqbad il-barri minn qrunu u dawwar libell li għamillu Joseph Muscat fi trabokk għall-istess Muscat u għall-klikka ta’ Kastilja. Issa naraw jekk Joseph Muscat hux se jkompli b’dan il-libel u jekk l-aħwa Degiorgio hux se jieħdu l-opportunita’ biex jikxfu lil dawk kollha fil-Partit Laburista involuti fil-ħmieġ li sar taħt Muscat.

Fil-qorti Christian Grima, permezz tal-avukati tiegħu, talab biex jitilgħu jixhdu Alfred u George Degiorgio fil-libell li huwa qed jiffaċċja minn Joseph Muscat wara li Grima kkummenta fuq facebook. Grima kien kiteb “What happened to her? Your husband blew her up, Michelle. That is what happened.”

Grima kien għamel dan il-kumment wara li Michelle Muscat kienet intervistata fuq Xtra, programme fuq ix-xandir pubbliku, li kien ittella’ fl-2018. Minħabba dan il-kummnet imsemmi aktar ‘l fuq, Joseph Muscat ma aċċettax dak il-kumment u fetaħ libell lil Christian Grima. Muscat kien qal li Christian Grima kien qabeż il-linja.

Meta il-każ kompla jinstema nhar it-Tnejn li għadda, il-qorti nnutat li d-difiża ta’ Grima talbet biex jinstemgħu bħala xhieda l-aħwa Degiorgio li nstabu ħatja li kienu parteċipi fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. L-avukat ta’ Muscat deher skantat għal din ir-rikjesta. Il-qorti staqsiet lil avukat difensur, x’kien qed jippretendi li jieħu billi jtella’ lil dawn it-tnejn min-nies biex jixhdu f’dan il-każ.

L-avukat difensur irrisponda li l-aħwa Degiorgio għandhom ħeġġa kbira biex jagħtu x-xhieda tagħhom fil-qorti. Dan ħareġ ċar mid-dikjarazzjoni li għamlu l-aħwa Degiorgio ftit tal-ġranet ilu. Huwa qalu li jixtiequ joffri x-xhieda tagħhom biex toħroġ il-verita kollha u li huma għandhom ħafna informazzjoni x’jagħtu. L-avukat difensur ikkonferma li l-mistoqsijiet kollha li jrid jagħmel lill-aħwa Degiorgio ser ikollhom x’jaqsmu kollha mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Minn dak li ħareġ fil-qorti nhar it-Tnejn juri li Christian Grima mhux qed jiddejjaq li jwassal id-difiża tiegħu biex toħroġ il-verita kollha u jrid juri għalfejn kien għamel dak il-kumment li kien wassal għal dan il-libell. Christian Grima qed juri li hu mhux ser jibża minn Joseph Muscat jew minn xi oħrajn li forsi setgħu kellhom x’jaqsmu fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan il-pajjiż għandu bżonn nies bħal Christian Grima li qed jagħmlu l-almu kollu tagħhom biex iwasslu għall-verita sħiħa ta’ kif saru l-affarijiet u min kien verament involut f’dak il-qtil li ħasad lill-pajjiż kollu.

Fuq kollox din it-talba titfa’ f’dell ikrah l-istqarrija li għamlet oħt Daphne, Corinne Vella, biex jixxejjen l-istqarrija tal-aħwa Degiorgio. Hu ċar li l-familja ta’ Daphne huma mixtrija mill-mastermind li semmgħu l-aħwa Degiorgio u ma jridux li l-verita’ kollha ta’ dan id-delitt tkun magħrufa. Huma jimpurtahom biss li jwaħħlu f’persuna li l-aħwa Degiorgio stess qed jgħidu li tista’ tkun estraneja għal dan id-delitt waqt li qed jipproteġu lil min hu verament risponsabbli.

2 thoughts on “Hu ċar li l-familja Caruana Galizia trid tipproteġi l-mastermind wara d-delitt ta’ Daphne u għalhekk ippruvat tiddiskredita l-istqarrija tal-aħwa Degiorgio.

  1. Mela issa noqgħodu fuq min m’għandux x’jitlef u jista’ jgħid li jrid u li jfettillu, anke biex sempliċiment jivvedika ruħu li ma sabx appoġġ mill-politikant forsi bħal ma kien jsib appoġġ qabel. Joseph Muscat ġab nies esperti minn barra biex malajr din id-darba nqabdu min kienu l-assassini ta’ DCG.

  2. Zewg osservazzjonijiet:

    F inhu l-interess tal-familja ta daphne li jigi protett il mastermind, u jehel persuna ohra? Din minix nifhimha!

    Christian grima dawwar il versjoni tieghu, imma “ma fissiriex litteralment”, ghal “muscat huwa l mandant”. Ghala ghandu jitwemmen persuna li bidel il versjoni tieghu?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *