Il-PN ta’ kontribuzzjoni tajba fil-parlament dwar il-liġi li ser tirregola l-qasam tal-kostruzzjoni: minnha għandu jieħu tagħlima biex ikun organizzat aħjar.

Minn osservatur politiku

M’ilux kellna sitt ġimgħat ta’ konsultazzjoni ma’ kulħadd fil-qasam tal-kostruzzjoni. Kien hemm konsultazzjoni pubblika dwar il-liċenżjar tal-kuntratturi li damet madwar sitt ġimgħat. Din l-istess konsultazzjoni rat konkorrenza ta’ għadd kbir ta’ nies. Kienu mijiet li attendew għad-diskussjonijiet pubbliċi li saru. Kienu ħafna wkoll dawk li pparteċipaw bis-sottomissjonijiet tagħhom fil-konsultazzjoni pubblika li saru. Jiġifieri meta tħares jekk intlaħaqx l-iskop ta’ din il-konsultazzjoni, jidher li minn dak li ħareġ din kienet waħda ta’ suċċess. Il-pubbliku ġenerali għamel l-almu tiegħu kollu u kien parteċipattiv. Nies li jaħdmu fis-settur taw l-idejat tagħhom. Kien hemm ħafna organizzazzjonijiet li pparteċipaw. U fuq kollox kien hemm ukoll partiti politiċi.

U hawn fejn jiżbalja l-PN. Huwa ħaġa tal-iskantament kif il-Partit Nazzjonalista ma għamel ebda sottomissjoni u ma pparteċipax. Din ħalliet togħma morra. U iktar u iktar meta tiftakar li Bernard Grech, f’wieħed mid-diskorsi tiegħu fil-parlament, qal li la hu u lanqas il-Partit Nazzjonalista ma kellhom għalfejn jieħdu sehem fid-diskussjoni jew jibgħatu s-sottomissjonijiet. Nixtieq inkun naf min qed jagħtih dawn il-pariri. Forsi xi darba Fr. Joe Borg jgħidilna!

Il-pożizzjoni tal-PN ma għamlet ebda sens u wieħed isib diffikulta biex jifhimha. Biss wara ftit ġranet li għalaq iż-żmien ta’ konsultazzjoni, din il-liġi tressqet fil-parlament u hemmhekk kellna l-parteċipazzjoni sħiħa tal-kelliema tal-Oppożizzjoni li taw l-idejat tagħhom u s-suġġerimenti tagħhom.

Allura wieħed jistaqsi, x’kien l-iskop tal-Kap tal-Oppożizzjoni li ma jipparteċipax fil-konsultazzjoni pubblika li saret? X’sens jagħmel li kont lest li tiddibatti fil-parlament u meta kellek iċ-ċans kollu li tagħmel ħoss anki f’diskussjoni pubblika? Waqt li għamel sew il-PN li għażel il-Parlament biex il-kelliema jagħmlu l-osservazzjonijiet tagħhom, kellu okkazzjoni oħra fejn seta’ jsemma leħnu u tilifha.

Anzi missu rikeb fuq il-mewġa u organizza lin-nies u l-organizzazzjonijiet ħalli b’hekk kienu jitressqu aktar sottomissjonijiet.

Hawn tinsab il-vera raġuni għala n-nies qed ikollhom diffikulta li jifhmu lill-Partit Nazzjonalista u l-imġieba tiegħu f’ċertu sitwazzjonijiet. Nemmen li din hija waħda mir-raġunijiet għala dan il-partit qiegħed jisfronda u mhux jaqbad art mal-elettorat. Minn din l-istorja, għandu jieħu tagħlima kien ikun organizzat aħjar.

2 thoughts on “Il-PN ta’ kontribuzzjoni tajba fil-parlament dwar il-liġi li ser tirregola l-qasam tal-kostruzzjoni: minnha għandu jieħu tagħlima biex ikun organizzat aħjar.

  1. Min kliemek donnu ghandek xi tama li bit-tmexxija presenti il-pneeeeee ghandu xi cans li jorganizza ruhu. Jekk inhu ekk bit-tama ha tmut.

  2. Taf kemm ilek tirrepeti l’istess affarijiet ta tama ghall pn ….. ghadek ma tistax tifhem li fil PN m’hemmx min ghandu hila li jaspira biex madwaru jifforma partit . … hadd Tal kalibru ta Dom Mintoff , ta Eddie Fenech Adami jew ta Joseph Muscat u issa ta Robert Abela . Dawn jibqhhu il mexxejja KBAR bid difetti kollha taghhom… li jibdew jidhru bil mod u wehidhom joffru tama

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *