F’Texas l-Istati Uniti, l-istat qed jagħmel garanzija lill-privat biex jibnu power station: imbagħad f’Malta sar storbju sħiħ minħabba l-garanzija bankarja għall-Electrogas

Newsbook kienu għamlu storju sħiħ fuq kif sar il-kuntratt tal-Electrogas u tgħidx kemm għajtu skandlu u xi kjass il-ġurnalisti tal-Knisja kienu għamlu minħabba il-garanzija bankarja li saret. Infakkar li anki inkjesta saret u wasslet għall-konklużjoni fażulla li Daphne Caruana Galizia inqatlet minħabba l-electrogas. Ara issa x’inhu jiġri f’Texas fl-Amerika? Dan l-istat irid jibni power station taħdem bil-gas u l-istat ser ikun qed jagħmel garanziji finanzjarji lill-privat biex il-privat ikun jista’ jibni din il-power station.

Din hija prova oħra ta’ dan li kien qed jargumenta dan is-sit li l-istorja tal-Electrogas hija biss ivvintata minn erba’ mażuni għaliex bdiet tuġagħhom żaqqhom għaliex ma għamluhiex huma. Illum, il-mażuni ma għandhomx alleat aqwa mill-media tal-Knisja Kattolika, biex f’isem Alla, jagħmlu frakass u storbju sħiħ. Nispera li dan il-frakass ma ġiex miftiehem waqt xi laqgħa ġewwa Marsamxett.

Fil-link hemm kif din l-aħbar kienet irrappurtata f’CBSNews.

https://www.cbsnews.com/texas/video/lawmakers-scramble-to-attract-new-natural-gas-power-plants-for-the-texas-power-grid/

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *