Tiżgwid u ġlied fost il-kandidati għall-elezzjonijiet tal-MZPN: Michael Piccinino jimmanuvra biex iħalli fil-kumitat tal-MZPN dawk liberali għaliex wegħduh l-appoġġ tagħhom biex jibqa’ Segretarju Ġenerali
Dan is-sit jinsab infurmat li nqala’ diżgwid kbir fost iż-żgħażagħ li huma kandidati għall-kumitat tal-MZPN. Ġara li kien hemm grupp ta’ żgħażagħ li bdew juru interess fil-Partit Nazzjonalista u dawn iż-żgħażagħ huma ta’ ħsieb konservattiv. B’hekk dawn bdew jieħdu r-ritratti u jqassmuhom ħa jagħmlu ftit propaganda peress li huma wċuh ġodda. Dawn ġew mwaqqfa milli jagħmlu attivitajiet qabel elezzjoni għall-Kumitat tal-MZPN u bdew jiġu akkużati – anki jekk mhux veru – li riedu jagħmlu xi block vote. Imma l-vera raġuni hi li Piccinino ma jridhomx għaliex dawn iż-żgħażagħ mhux liberali.
Infatti, dan is-sit jista’ jirrapporta li tant kemm kien kbir dan id-diżgwid u nuqqas ta’ qbil bejn dawn iż-żgħażagħ u l-Assistent Segretarju Ġenerali, kif ukoll mas-Segretarju Ġenerali Michael Piccicino, li kellhom jintervjenu persuni oħra fl-amministrazzjoni tal-partit. Infatti minħabba dan id-diżgwid u nuqqas ta’ qbil dwar xi proċeduri għandhom jintużaw u x’tip ta’ propaganda għandha issir, kellu jidħol l-avukat Dr. Peter Fenech.
Dan in-nuqqas ta’ qbil min-naħa tas-Segretarju Ġenerali u l-Assistent Segretarju Ġenerali nqala għaliex is-Segretarju Ġenerali jixtieq li fil-Kumitat tal-MZPN jibqa’ l-istess kumitat ta’ tmexxija u ma jkunx hemm tibdil. Wieħed irid jiftakar li wara l-elezzjonijiet tal-Ewropa, jrid ikun hemm l-elezzjonijiet interni fil-PN. Is-Segretarju Ġenerali diġa’ beda jaħseb għar-rasu u jara li jkun hemm in-nies tiegħu li jkunu jistgħu jerġgħu jivvutawlu biex jerġa’ jkun konfermat bħala Segretarju Ġenerali. Fi kliem ieħor, Michael Piccinino ried iserraħ moħħu li fl-MZPN jibqa’ taħt it-tmexxija tal-liberali ħalli dawn jagħtuh il-vot.
Minħabba din l-attitudni ta’ Piccinino fil-Partit Nazzjonalista, uħud minn dawn iż-żgħażagħ qed jaħsbuha jekk għandhomx jibqgħu kandidati f’din l-elezzjoni. Jien nikkoraġġihom biex jibqgħu. Fuq kollox, il-Partit Nazzjonalista mhux ta’ Michael Piccicino u tal-liberali sħabu li farrku partit u ġabuh mhux aktar eleġġibbli.
Piccinno hekk biss siehbu li jibqa Segretarju Generali. Jaf li mhux materjal ta’ Segretarju Generali. Allura ghax ma jistax jimpressjona bix-xoghol tieghu hsiebu biex jimmanuvra biex jibqa Segretarju Generali. Bniedem bla sinsla. Laqghi ta’ Bernard Grech. F’idejn minn spicca l-PN!