Fr. Joe Borg u l-Mażuni jaqraw x’jinkiteb f’dan is-sit anki jekk jibżgħu jsemmuh b’ismu: wieħed mill-mandanti tal-qtil ta’ Daphne li jsemmu l-aħwa Degiorgio hu mażun

Qed inġib żewġ post li dehru li jikkonċernaw dan is-sit. L-ewwel wieħed hu minn Fr. Joe Borg. L-ieħor kien f’The Times. It-tnejn jaqblu għaliex it-tnejn jirreferu għall-kitba f’dan is-sit u ma jsemmuhx b’ismu. Dan is-sit staqsa pubblikament jekk Joseph Borg hux qed jikteb id-diskorsi għal Bernard Grech. Minflok wieġeb, bħal Daphne Caruana Galizia, Borg infexx jgħajjar. Meta wieħed jgħajjar ifisser li jkun inqaras fil-laħam il-ħaj. It-Taljani għandhom l-espressjoni la verita’ offende. Ara issa l-artikli tiegħi saru tħarbixa fuq blog. Ħa nfakkar lil Fr. Joe Borg x’mar qal darba fuqi. Qal li hemm ix-xitan il-kbir li għandu l-flus u x-xitan iż-żgħir li għandu l-pinna. Taf x’naf Fr. Borg! Li l-ebda qassis ta’ Luċifru jew ta’ Satana – li int tant skandalizzajt ruħek għaliex iridu jibnu knisja lill-Luċifru qatt ma gideb fuqi, imma inti, bħala ministru tal-Alla ma ddejjaqtx tuża l-media biex tigdeb fuq in-nies.

Imma l-istorja ma tieqafx hawn. F’The Times kien hemm storja oħra fejn jissemma’ dan il-blogg u imma ta’ The Times, bħal Fr. Borg mhux kapaċi jsemmuh għaliex jibżgħu li jagħtuni pubbliċita’. Ma għandix bżonnha għax naf li l-artikli tiegħi jinqraw. Hawnhekk, il-mażuni jidhru maħruqin u magħhom anki The Times għaliex issa ħiereġ ċar l-involviment tagħhom fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Infakkar li ġa waqgħu dellijiet koroh fuq l-operat ta’ ġurnalista ta’ The Times marbut ma’ dan id-delitt.

Issa anki l-aħwa Degiogrio qed jitkellmu fuq dellijiet okkulti wara dan id-delitt ikrah u kif immanipulaw kollox biex spiċċaw għamlu frame-up fuq Yorgen Fenech – għax baħbuħ u baħnan – bela’ l-lixka tagħhom sa griżmejh.

B’hekk Mark Lawrence mar jiġri biex jagħmel dak li jissejjaħ damage control lil din is-setta li fiha hemm kriminali nvoluti fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Dawn qed jimmanuvraw l-affarijiet minn wara. Infakkar li wieħed mill-avukati li semmgħu l-aħwa Degiorgio marbuta ma dan id-delitt, hu membru ta’ loġġa massonika. Ara fuq dawn l-affarijiet l-ebda ġurnal ma jitkellem.

Dan ta’ hawn taħt hu dak li kiteb Mark Lawrence.

Nissuġġerixxi lill-ġurnalista Mark Lawrence isaqsi lil sieħbu, d-deputat editur Matthew Xuereb, dwar persuna marbuta mal-email address tiegħu li ħarġet taqbeż għall-avukat li fil-passat kien membru tal-massonerija u l-ismu ssemmha fir-recordings ta’ Melvin Theuma. Ħa nfakkru x’kienet kitbet jew x’kien kiteb xi ħadd li kellu profil falz bl-isem ta’ Marica Galea, u dan kien marbut mad-domain ta’ The Times. Dan qed nagħmlu ħalli wieħed jinduna kif il-mażuni jużaw il-libelli biex jagħlqu ħalq in-nies. Imbagħad persuna jew persuni marbuta mad-domain ta’ The Times jagħtuhom imbuttatura. Min jaf forsi, Mark Lawrence jistaqsi ftit lill-Kummissarju tal-Pulizija dwar l-investigazzjoni li l-istess Matthew Xuereb kien talab dwar dan il-każ wara artiklu li kont ippubblikajt. Imma fejn ikun hemm membri tal-mażunerija, kollox jaqa’ f’bir tas-skieken.

Imma dwar dan u aktar ser ikun qed nippreżentah fil-qorti fil-kawża ta’ libell li jien għandi fir-rigward ta’ dan il-każ.

Jidher ċar li dak li qiegħed jinkiteb f’dan is-sit qiegħed idejjaqhom lil Fr. Joe Borg u lill-mażuni.

2 thoughts on “Fr. Joe Borg u l-Mażuni jaqraw x’jinkiteb f’dan is-sit anki jekk jibżgħu jsemmuh b’ismu: wieħed mill-mandanti tal-qtil ta’ Daphne li jsemmu l-aħwa Degiorgio hu mażun

  1. “Minflok wieġeb, bħal Daphne Caruana Galizia, Borg infexx jgħajjar. Meta wieħed jgħajjar ifisser li jkun inqaras fil-laħam il-ħaj”

    1. I don’t believe he didnt read it. So much for “la tigdibx” commandment!!!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *