F’Ħal Qormi wkoll, kunsillier Laburista kontra proġett li ser joħnoq il-lokalita’
Qed inġib messaġġ li tella’ l-kunsillier Laburista ta’ Ħal Qormi Sean Apap Meli. Apap Meli jingħaqad mad-deputat Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia u residenti Qriema biex żona ġewwa Ħal Qormi magħrufa bħala ta’ Farżina ma tinbeniex.

Tajjeb li jkollna kunsilliera li ġejjin min kwalunkwe partit li jingħaqdu favur l-interessi tar-residenti qabel kull interess ieħor. M’għandniex naraw din bħala xi vot ta’ sfiduċja fil-partit rispettiv li huma jirrappreżentaw!