Kontra l-PN, Roberta Metsola ma tistax tgħid li l-PBS mhux qed jagħtiha importanza u mbuttatura.
Mela, is-Sibt kellna l-koronazzjoni tar-Re. Għaliha marret Roberta Metsola. Jien ma nifhimx fuq l-ilbies. Imma tiftakru kemm Daphne Caruana Galizia kienet tikkritika lin-nies fuq l-ilbies tagħhom, ovvjament jekk kienu Laburisit? Ma nafx x’kienet tgħid kieku rat lil Metsola liebsa dak il-coat aħmar jgħajjat u bla kappell! Infakkar li hija parti mill-protocol Irjali Ingliż, li n-nisa jilbsu l-kappell. F’Malta ddaħħlet din il-prassi u n-nisa f’Malta kienu jmmorru għall-attivitajiet ta’ filgħodu bil-kappell. Aħna jidher li qed nneħħuha. L-Ingliżi żammuha. Ġa qed nimmaġina li kieku flok Metsola kien hemm xi persuna mill-kamp Laburista u Daphne għadha ħajja. Ara kieku x’kienet tikteb u tgħid fejn taħseb li sejra xi meeting tal-Lejbur!?

Imma the cherry on the cake kien ir-reportaġġ tal-PBS. Żgur li Metsola ma tistax tgħid li qed tkun imwarrba mill-PBS. Il-PBS tana l-koronazzjoni b’trażmissjoni diretta. U x’ġara? Metsola ġiet intervistata darbtejn permezz tat-telefon. Ovvjament propaganda tajba għaliha. Imma skont il-PN, il-PBS qed jiddiskrimina kontra tiegħu. Żgur li mhux qed jiddiskrimina kontra Metsola! Fuq kollox, din ma tidhirx li hija l-fehma ta’ Metsola għaliex irringrazzjat lill-PBS tal-opportunita’ għall-intervista permezz tat-telefon.
Mhux ta’ b’xejn li bl-iskandli li qed ifaqqsu, Metsola l-anqas qed tgħid kelma waħda. Din hija konferma oħra tal-analiżi ta’ dan is-sit, li Metsola mhux ser tkun ħarxa ma’ Robert Abela imbasta l-Lejber jagħtiha l-appoġġ biex tkompli tavvanza.

Mela dak li kiteb illum f’The Sunday Times, Kevin Cassar ma tantx ser jiġri. Cassar qal lil Robert Abela li l-waqgħa tiegħu – sejħilha implosion – ser tkun aktar katastrofika minn dik ta’ Muscat. Żgur imma, li din l-implużjoni mhux ser tkun qed tagħmilhielilu Roberta Metsola!

taghmilhielu hekk tinkiteb u
ć-ćirasa fuq il-kejk
Roberta Metsola qed tħares lejn kariga għolja ġewwa l-EU u b’hekk tgħolli l-profil tagħha u tkun fuq platform Ewropeja u dinjija! Jista’ jkun li kif jidher l-andament ta’ moods tal-votanti lokali, ż-żewġ partiti ser isofru telfiet mill-elettorat tradizzjonali tagħhom! Jista’ jagħti l-każ li wara l-elezzjonijiet tal-MEPs u l-Kunsilli lokali jkun wasal it-tmiem politiku kemm ta’ Robert Abela kif ukoll ta’ Bernard Grech!