Il-PN u Metsola servew ta’ tapp għall-ġlied intern tal-Partit Laburista: Mark Camilleri jikkonferma li għadu parti mill-fazzjoni ta’ Jason Micallef.

Jekk wieħed irid prova ta’ kemm il-PN qed iservi ta’ tapp għall-ġlidiet interni fil-Lejber, wieħed għandu jagħmel ftit analiżi ta’ dak li kiteb dan l-aħħar Mark Camilleri. Camilleri għamel artiklu kontra persuna involuta fil-qasam tal-arti li dan l-aħħar kienet fuq in-NET. Bil-mod ta’ kif qed jikteb fuq din il-persuna, l-artikli kważi saru miżoġeni. Jekk xejn, b’dawn l-artikli qajjem l-ombra ta’ Daphne Caruana Galizia.

Imma qed nikteb dan il-punt għall-fatt li Camilleri qed jagħżel kif jattakka u lil min jattakka fil-Partit Laburista. Fil-kritika tiegħu, Camilleri semma persuna li qal li mhux ser isemmiegħa b’isimha għaliex hija ħabiba tiegħu. Din il-persuna fil-kamp Laburista hija Jason Micallef. Dan hu dak li kiteb Camilleri:

Infakkar li Jason Micallef qiegħed fi gwerra miftuħa kontra l-Prim Ministru attwali Robert Abela. Mark Camilleri huwa fil-fazzjoni tiegħu. Imma s-Segretarju tal-Partit Nazzjonalista, Piccinino ma ddejjaqx idaħħal Trojan Horse fid-Dar Ċentrali. L-aqwa li kellna lil Metsola tieħu ritratt miegħu u lil ta’ Repubblika u l-knisja jippreżentawh bħala l-eroj Nazzjonali. Kull ma jonqsu l-arċisqof Scicluna li jagħmlu ministru tat-tqarbin!

Mark Camilleri użahom fil-ġlieda interna tal-Lejber u fl-istess waqt ta servizz lir-Repubblichini biex il-PN ma jibqax iffukat fuq is-suċċess li ġab fil-ġlieda tal-isptarijiet Adrian Delia. Għalhekk qed ngħid li Mark Camilleri spiċċa juża lill-PN u lil Metsola għall-iskopijiet ta’ moħħu. Imma l-aqwa li kellna lis-segretarju ġenerali jdawru l-librerija. Kif turi din l-istorja, il-kanali fil-Partit Laburista għadhom miftuħa u kif Robert Abela jwarrab jew jitwarrab, u terbaħ ilfazzjoni tiegħu, ibqgħu żgur li Camilleri jerġa’ jkun ippreżentat bħala eroj kbir Laburista l-stakhanovite li kien vittma tal-purges ta’ Robert Ablea.

One thought on “Il-PN u Metsola servew ta’ tapp għall-ġlied intern tal-Partit Laburista: Mark Camilleri jikkonferma li għadu parti mill-fazzjoni ta’ Jason Micallef.

  1. Dak li qal Jason Micallef kien diġa ntqal min Desmond Zammit Marmara u anke nies oħra bħal Christian Zammit u Conrad Borg Manche. Dak li huwa fid-deher għaliex fil-magħluq hemm diversi elementi li qed jitkellmu b’mod apert dwar l-iskuntentizza tagħhom b’mod partikolari l-arroganza ta’ ċertu membri tal-kabinett, il-korruzzjoni, il-kostruzzjoni bla rażan u l-għoli tal-ħajja!!!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *