Il-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid joħroġ stqarrija favur il-bini ta’ torri minn wara dahar il-Kunsilliera. Min hu risponsabbli għandu jirreżenja.
Qed inġib stqarrija li ħareġ is-Segretarju Esekuttiv f’isem il-kunsilliera ta’ Raħal Ġdid. Din iddur madwar l-istorja ta’ torri li jrid jinbena fil-lokalita’ minħabba li s-sit għandha faċċata fuq erba’ toroq u allura, fit-teorija tikkwalifika biex jinbena torri fiha anki jekk ħafna mid-djar f’din it-triq għandhom il-faċċata skedata.
Imma dak li hu inkwetanti f’din l-istorja huwa l-fatt li din l-istqarrija li ħareġ il-kunsill ta’ Raħal Ġdid ħarġet minn wara dahar il-kunsilliera. Fost dawk il-Kunsilliera li qalu li ma kienux infurmati kien hemm il-Kunsilliera Laburisti Steve Axisa u Darren Lynch. Verament kif kiteb xi ħadd – kunsill tal-bigilla.
Huwa verament gravi li kunsill lokali joħroġ stqarrija minn wara dahar il-kunsilliera. Min hu risponsabbli għandu jirreżenzja.
Wara din l-istqarrija, il-Kunsill Lokali ta’ Paola jrid jispjega x’interess għandu li jkun favur dan l-iżvilupp.





Ha nghid haga li hi fatt ! L kunsuliera kolha kemm huma kemm labour kif ukoll pn inkluz vici sindku ukoll qet jigu maqbuza u injorati hemm dittatura shiha ta min persuna wahda ! U rahal gdid qiet f telqa specjalment naha t isfel ghalhekk inhegeg l kulhadd biex nohorgu nivuttaw u ntajru min ilu mahkum mas siggu tal poter u ditatura min nofs ! Kulhadd mxeba u din hija parti zghira mil prova li hadd ma jaf !