David Casa kontra l-fossil fuel u l-green house effects u mbagħad favur aktar armi għall-Ukraina

Kif kitbet tajjeb Marica Micallef, David Casa qed imexxi aġenda kbira kontra dak li qed jissejjaħ bħala global warming. Mhux ser nidħol fl-argument jekk hux minnu jew le. Imma jista’ xi ħadd jispjegali kif MEP li jgħid li hu kontra l-global warming ikun favur ta’ aktar għotjiet ta’ armi tal-gwerra u tal-mewt? Mela l-armi ma jikkawżawx huma wkoll global warming?

Forsi persuni kontra l-invażjoni tal-Ukraina mir-Russja jgħiduli għaliex ma għandux jitkellem favur il- gwerra u jkun favur l-armi? X’hemm interessanti u daqshekk eċitanti f’din il-gwerra ma nafx. Imma li jkollok deputat tal-PPE li fuq naħa qed ibiegħ l-aġenda tal-global warming u nnaħa loħra qed jitlob għal għoti tal-armi, hemm xi ħaġa li mhux tiffunzjona tajjeb flargumenti politiċi li qed isiru ġewwa lEwropa. Jekk wieħed verament jemmen filglobal warming ma jistax ikun favur ttixrid talarmi għaliex dawn, suppost għandhom iżidu filglobal warming. Hu ċar li flEwropa, ilglobal warming teżisti biss skont laġenda li wieħed ikun irid imexxi.

Waqt li nemmen li għandna naħdmu għall-paċi u mhux aktar favur il-mewt, jekk xejn din l-istorja ta’ David Casa tikkonferma kemm il-global warming ma jeżistix, imma hija aġenda politika maħluqa biex iż-żgħir jiġi aktar intaxxat u misluħ mill-Ewropa.

Kieku Casa kien jemmen li verament għandna global warming, kieku ma kienx jitlob biex jitqassmu aktar armi, imma kien jinsisti fuq ilbżonn ta’ aktar diplomazija għall-waqfien ta’ din il-gwerra.

Fl-Ewropa qiegħed ikun hemm protesti favur il-waqfien tal-ġlied u ta’ din il-gwerra. Filwaqt li l-popli Ewropej iridu il-waqfien tal-ġlied, politiċi bħal Casa jridu aktar gwerer anki jekk dawn il-gwerer, bl-argument tagħhom stess, ser iżidu l-global warming. Imma fl-istess waqt jgħidu li huma kontra l-istess global warming.

L-argument ta’ Casa juri li hemm min qata’ qalbu daqshekk maljar mid-diplomazija. Mela jekk Casa verament kien jemmen fil-global warming, l-ewwel missu mar jitlob għall-waqfien mill-ġlied, għaliex dan iwassal biex ikollna inqas global warming u fuq kollox imwiet li qed toħloq din il-gwerra u mhux jitlob biex l-Ukraina tingħata aktar armi.

2 thoughts on “David Casa kontra l-fossil fuel u l-green house effects u mbagħad favur aktar armi għall-Ukraina

  1. Hija just agenda ohra biex jintaxxaw u jikkontrollaw in-nies. Diga’ qed narawha Malta l-ewwel bil-borza z-zewda, u mbaghad bil-griza, u mbaghad tal-organic, issa bil-BRICS, u multi fuq it-traffiku u l-boroz taz-zibel. This is all paving the way for it all. Qed jghidulhom hafna gejologi u professuri u esperti li mhux vera ghandna global warming imma bil-maqlub, il-klima qed tiksah ghax ghadna kemm hrigna minn ice age. Ha nibqa’ nikteb fuq dan. Climate change is another hoax. Iz-zmien jerga’ jaghti t-twegibiet.

  2. Casa is out of his mind!

    What is he after, a long drawn war, more suffering and the inevitable distruction of ukraine?

    How irresponsible! Ukraine should have never attempted to join nato. It is not unlike mexico joining a military alliance with china! That is a big no-no, and anyone who does not see this (metsola included) are either inept, warmongers, or benefit somehow from a long drawn war.

    Casa, #BARRA!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *