Tkompli toħroġ l-ipokrezija grassa tar-Repubblichini – ma ddejqux jieħdu flus mill-bejgħ tal-passaporti

Mela r-Repubblichini għamlu fuss sħiħ kontra l-Pilatus Bank. Għamlu fuss sħiħ kontra l-bejgħ tal-passaporti, imma mbagħad ma jiddejqux jieħdu l-flus minn fuq l-istess skema tal-bejgħ tal-passaporti. Verament kif kienu jgħidu l-Latini – pecunia non olet! Anki jekk il-flus ikunu maħmuġin, xorta kulħadd jieħodhom.

Infakkar lir-Repubblichini, li Adrian Delia qatt ma biegħ passaporti, imma huma u sħabhom qalulu “Trojan horse“. Infakkar li l-arċisqof tal-knisja Maltija, Charles Scicluna kien għamel plejtu sħiħ għaliex Adrian Delia kien ġab somma kbira għad-Dar tal-Providenza. Dak in-nhar Scicluna kien biċċa waħda mar-Repubblichini u kien irrifjutaha. Issa x’ser jagħmel dan l-arċisqof meta waħda mill-kapurjuni tiegħu hija l-viċi-president ta’ din l-assoċjazzjoni li qed tieħu flus minn dan il-bejgħ?

Verament kliem Kristu joqgħodilhom; oqbra mbajda!

2 thoughts on “Tkompli toħroġ l-ipokrezija grassa tar-Repubblichini – ma ddejqux jieħdu flus mill-bejgħ tal-passaporti

  1. Dawn bis.serjeta?? Tant allegazzjonijiet fuq kullhadd…u din ahbar ta inkjesta kemm qieghdin indahhlu f.donations..front pages

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *