Robert Aquilina jwieġeb għall-kritika tiegħi dwar dak irrappurtat li l-Għaqda Repubblika qed tieħu flus mill-bejgħ tal-passaporti

Qed inġib l-ittra li bagħatli Robert Aquilina dwar dak li ġie ppubblikat fil-gazzetta ILLUM.

Nirreferi għall-blogg tiegħek ta’ dalgħodu intitolat “Tkompli toħroġ l-ipokrezija grassa tar-Repubblichini – ma ddejqux jieħdu flus mill-bejgħ tal-passaporti”, wara r-rapport ta’ dalgħodu tal-Illum intitolat “Jaċċettaw donazzjoni minn dawk li xtraw iċ-ċittadinanza minkejja li kontrihom”.

Il-Kumitat Eżekuttiv ta’ Repubblika jikkonstata dawn il-fatti:

  1. Repubblika, kif stqarret diversi drabi, hi kontra li barranin jiksbu ċ-ċittadinanza Maltija billi jixtruha.
  2. Repubblika ma taf li rċeviet ebda donazzjoni mingħand xi ħadd li xtara ċ-ċittadinanza Maltija u ħadd li qatt ta donazzjoni lil Repubblika ma’ qalilna li kien qed jixtri ċ-ċittadinanza Maltija.
  3. Hu l-gvern li jobbliga lil min japplika jixtri ċ-ċittadinanza Maltija li jiddikjara li ta donazzjoni lil organizzazzjonijiet Maltin.
  4. Repubblika qatt ma ġiet infurmata li xi ħadd iddikjara li taha donazzjoni bħala parti mill-applikazzjoni tiegħu taċ-ċittadinanza.

Ser niktbu lill-Ministru responsabbli biex jinfurmana min iddikjara li tana donazzjoni biex jixtri ċ-ċittadinanza Maltija, ħalli jekk u meta nivverifikaw li rċevejna xi flus mingħandu, intuhomlu lura.

Ma rridu li jkollna xejn x’naqsmu mal-bejgħ infami taċ-ċittadinanzna tagħna.

5 thoughts on “Robert Aquilina jwieġeb għall-kritika tiegħi dwar dak irrappurtat li l-Għaqda Repubblika qed tieħu flus mill-bejgħ tal-passaporti

  1. Cos dawn tar-repubblica sormom jahraqhom bil furtuna, imagina xi-hadd itiejk 10000 elef euro hu ma jghadlekx min hu. Din bilfors xi hadma tal ministru.

  2. This is the typical frame-up resorted to by crooked/criminally intent Labour politicians like Robert Abela and his cabinet/parliamentary members, who find themselves tightly cornered like desperate rats. This obviously is done with the complicity of their rent-seekers like Simon Mercieca, Saviour Balzan and others, and amplified by the rent seekers of PBS/TVM and the scum Labour media.

    1. You forgot to refer to the due diligence your bed mates always harp about. Apparently it doesn’t count to them.

  3. Ma naħsibx li hemm għalfejn jistennew li jgħidilhom il-Ministru biex isiru jaf min hu.

    Żgur li ma kienx hemm għexieren u probabbli lanqas tużżani ta’ donazzjonijiet ta’ għaxart elef Ewro. Kemm jiċċekkjaw idonazzjonijiet u jsiru jafu min kien/kienet.

    Lexxjoni għal Repubblika u l-Għaqdiet voluntarji kollha: Kull donazzjoni ta’ aktar minn 1ertu ammont (€500?, €1000?) xandruha. U ma jkunx hemm iktar problemi, insinwazzjonijiet u allegazzjonijiet ta’ din ix-xorta.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *