Ir-rizzi nqered bil-kimika li tfajna fil-baħar u bil-qbid bla rażan għar-restoranti

Minn qarrej ta’ dan is-sit

Nixtieq nirringrazzjak tal-artiklu li tellajt dwar ir-rizzi u li qegħdin fażi ta’ estinzjoni u l-awtoritajiet ma huma jagħmlu xejn. Nixtieq li għadu ħaj ħija. Dan kien jaħdem maċ-Ċiniżi fuq il-bini tal-moll tal-Freeport. Il-qerda tar-rizzi f’Marsaxlokk bdiet minn dak iż-żmien. Infakkar li kienu jitfgħu qtar ta’ kimika fil-konkos biex jagħqad malajr. Ħija kien jgħidillhom li din il-kimika kienet ser teqred qiegħ il-baħar u xejn ma kien ser jittrabba. Ara hux hekk ġara? Il-qiegħ tal-baħar tal-bajja ta’ Marsaxlokk, ta’ Wied il-Buni u anki tal-Qajjenża sar RAMEL qiesu deżert. Dawn kien bajjiet li sat-tmenijiet kienu mimlija rizzi.

Imbagħad kien hemm il-ġarr tal-blokok tal-konkos għall-brejkwater. Dawn il-blokki kienu saru l-Marsa u inġarru bil-braken lejn Marsaxlokk. Kull minn fejn għaddew dawn il-blokki, qerda ħallew warajhom. Dawn kaxkruhom ma’ qiegħ il-baħar mill-Marsa sal-Freeport. Huma kienu kaxkruhom ġol-ilma għaliex kien eħfef biex iġġorhom b’dan il-mod.

Nixtieq nistaqsi jekk kienx sar studju tal-ħsara li kienet għamlet din il-kimika? Imbagħad l-Awtoritajiet jgħidu lin-nies biex jibżgħu għall-ambjent. Lilna jriduna nibdew nieħdu ħsieb tal-ambjent! Infakkar li fejn illum hemm il-power station ġewwa Marsaxlokk kien hemm bejta ta’ kull ġid tal-baħar. IVA. Illum hemmhekk, aħna x-Xlukkajri, qed insejħulu BAĦAR MEJJET. Issa fatta la zorba.

Maż-żmien kien hemm ftit tal-irkupru lejn it-tarf ta’ Delimara. Imma issa dan anki intilef. U dan qed jintilef minħabba l-qbid bl-addoċċ tar-rizzi biex jinbiegħ lir-restoranti biex jagħmluh zalza. Sa fejn naf jien hemm liġijiet Ewropej biex iħarsu l-qbid tar-rizzi, imma dawn ma jidhirx li jiġu rispettati f’dan is-settur.

Mela l-ewwel kellna din l-imbierka KIMIKA li l-awtoritajiet ma jitkellmu xejn fuqha. Wara kellna l-qbid indiskriminat biex dawn jinbiegħu għar-restoranti. Illum dan hu l-ikbar flaġell għaliex dan il-qbid bla rażan mhux biss lill-Marsaxlokk qed jaffettwa imma lil Malta kollha. Madwar Malta kienet kollha rizzi. Illum qed issir baħħ. U dan qed ikollu effett fuq il-fawna. Is-sargu l-anqas biss għadu jidher. Dan għaliex is-sargu kien jgħix billi jiekol ir-rizzi. La r-rizzi bye bye, is-sargu bye bye miegħu!

One thought on “Ir-rizzi nqered bil-kimika li tfajna fil-baħar u bil-qbid bla rażan għar-restoranti

  1. naqbel. Il-qbid ghandu jiģi kkontrollat immedjatament i tar-ristoranti jkunu mģieghla jaghtu rendikont ta’ min fejn ģabu l-intern tar-rizzi. U t.Tajani u Ćiniżi u l-ohrahn li fgaw lil Makta bihom ukoll qed jhallu l-effett.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *