Għaliex inħoss li għandi nibqa’ fil-politika: għaliex jimpurtani min-nies

Minn Edwin Vassallo

Inħoss li għandni nibqa’ fil-politika għaliex jimpurtani min-nies. Jimpurtani li nara poplu jemmen fih innifisu u fil-ġejjieni tiegħu. Dan qed iwassalni biex inkun aktar attiv fil-politika minn qatt qabel. Nemmen li flimkien ma’ oħrajn, għandi nkun leħen ta’ protesta favur il-ħajja, il-familja, l-ambjent u l-liberta’. Nemmen li bħala poplu, għandna nifhmu l-ħtieġa li ngħixu l-valur tas-solidarjeta’ biex noħolqu sens ta komunita’ fis-soċjeta’ tagħna.

Iżjed milli konservattiv, ma niddejjaqx xejn nidher bħala radikali għaliex b’dak li ngħid żgur noħloq skumdita’ quddiem il-loġika ta’ xejn ma hu xejn. Il-ħsieb tiegħi dejjem kien ispirat mill-filosofija nisranija. Jien nisrani fil-politika u ser nibqa’ nisrani fil-politika. L-għadu tiegħi hija loġika liberali li qed tmarrad lill-poplu tagħna u teqred il-ġmiel ta’ pajjiżna. Il-mira tiegħi li niġġieled “the uglification of Malta”. Magħha hemm “the uglification ambjentali, morali u soċjali”.

Jien irrid li noħolqu soċjeta’ u politika li jimpurtaha min-nies u mhux mill-flus. Dan kollu għaliex nemmen f’Alla. Jien nemmen fil-bniedem sħiħ. Żgur li ma nemminx f’Alla tal-flus. Il-bniedem għandu bżonn il-flus imma l-bniedem irid jara li dawn ma jsirux t-twemmin il-ġdid tiegħu. Fi kliem ieħor, ma jridx jibda jara lill-bniedem bħala oġġett, u xejn aktar.

Jien nemmen f’Alla li jemmen fil-bniedem. Jien nemmen fil-politika li sservi lill-bniedem. Nemmen li l-politiku irid isir xejn għalih innifishu u jsir kollox għal dawk li jiddependu minnu. Jien ma għandix għaliex inkun kontra ħadd, iżda dmiri hu li ngħid il-verita’ skont il-valuri tas-sewwa.

3 thoughts on “Għaliex inħoss li għandi nibqa’ fil-politika: għaliex jimpurtani min-nies

  1. According to Bernie every politican has his expiration date. And a sign of that is shown by the voters.

  2. Ir-reliġjon m’għandha tidħol qatt fil-politika. Fl-istorja tal-Bniedem il-reliġjon ġabet magħha disastri ta’ inġustizzja, krudiltajiet, qtil u agħar gwerrer kull meta reliġjon tpoġġiet għola minn kull ħaġa oħra f’nazzjon. Hawn Malta għandna prova ta’ kemm ir-reliġjon ħolqitilna inkwiet fis-seklu li għadda, inkwiet li ġab mibgħeda, vendetti u firdiet li għadna nħossuhom sal-ġurnata tal-lum. L-ikbar skandlu ta’ frawdalenza li qatt kellna f’dan il-pajjiż kien dak ta’ l-interdett fejn il-knisja Maltija taħt Arċisqof li kien iħossu jista’ jitkellem flokk Alla irregala elezzjoni wara oħra lil partit nazzjonalista billi werwer nazzjon sħieħ bl-infern jekk ma jobdiħx. Xejn ivvintat hawn. Kollox dokumentat, imnaqqax fl-istorja. Reliġjon li użat l-injuranza tal-maggoranza fidila biex stanat hinu l-tagħha mingħajr ma ddejqet xejn kemm iddisprat u ħolqot tbatijiet kbar għal eluf ta’ nies li ma emnuhix.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *