Wara li l-aħwa Degiorgio ppubblikaw l-ittra tagħhom, Matthew Caruana Galizia ser jibqa’ jgħid li Keith Arnaud huwa l-eroj tiegħu?

Qed inġib l-ittra kollha jew aħjar l-istqarrija għall-istampa tal-aħwa Degiorgio. Dawn jagħtuni raġun fuq dak li ili nikteb. Mingħajr ma jsemmu ismu, jgħidu li Yorgen Fenech ma għandux x’jaqsam f’dan id-delitt, jiġifieri dawn qed jgħidu li Yorgen Fenech hu vittma ta’ frame-up. Żgur li mhux il-mastermind ta’ dan id-delitt. Fuq kollox, dawn qed iwaħħlu f’Keith Schembri bħala wieħed mill-masterminds tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Huma qed jgħiduha ċara u tonda, li Keith Arnaud – the chief investigator f’dan id-delitt- ma għamilx xogħlu sew u huwa ħabib kbira ta’ l-istess Keith Schembri. Issa x’ser jagħmel Matthew Caruana Galizia, għaliex dan qalilna li Keith Arnaud huwa l-eroj tiegħu! Infakkar li Matthew Caruana Galizia għandu warajh lil Repubblichini, il-media bl-Ingliż, il-Parlament ta’ l-Ewropa, u anki l-media tal-Knisja Kattolika Maltija!

X’ser jagħmel issa l-ħabib ta’ Jason Azzopardi, jiġifieri d-deputat avukat ġenerali Philip Galea Farrugia? Dan ried jitfgħani l-ħabs u għandi kawża fil-qorti instiga minnu kontra tiegħi għaliex għidt affarijiet li huma minnhom fuq l-investigazzjonijiet li qed isiru fuq il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Issa permezz ta’ din l-istqarrija anki dell ikrah qed jintefa’ fuq dan l-avukat, li għal ġieħna jmur Brussel jirrappreżenta lil Malta.

6 thoughts on “Wara li l-aħwa Degiorgio ppubblikaw l-ittra tagħhom, Matthew Caruana Galizia ser jibqa’ jgħid li Keith Arnaud huwa l-eroj tiegħu?

  1. The brothers chose to admit their guilt and skip a jury to get the least of what they deserve. Their time behind bars is already starting to bite them. May they rote in jail.

  2. The Degiorgio brothers have been implicated in many horrendous episodes throughout the past two or three decades! They have always been close to particular politicians for their own advantage. Not it is high time they pay the price for their deeds behind bars where they deserve it!

  3. Li temmen li Yorgen huwa vittma ta frame up hija dahka fil wicc u qed taghmilha bhala r re tal fiaba li emmen li kien libers l ilbies rjali meta fil fatt kien gharwien u illuzorju tal verita’ . Yorgen kellu mano in pasta u hallas ghall qtil ta Daphne hemm it tapes li jikxfuh! Mieghu naqbel mieghek hemm ohrajn ghax l ordni harget minn Kastilja. Yorgen kien l
    “lunga manus” taghhom. Ta’ dan il assassinju ghandu jhallas ma ohrajn!

    1. Edward, id-dahqa fil-wicc jinsab fil-fatt li l-aħwa Degiorgio qed jgħidu li Melvin Theuma qed ihawwad. Ara kif ix-xhieda ta’ dan tista żżomm ix-xhieda tieghu waqt guri? U kieku mhux frame-up, kif tispjega li Philip Galea Farrugia qata’ l-kompilazzjoni u b’hekk ma sarx il-kontro-eżami mid-difiża?

    2. U fuq kollox, anki t-tapes isemmghu nies oħra, imma l-pulizija u Arnaud għażlu lil min jemmnu u lil min ma jemmnux. U b’kumbinazzjoni anki Melvin Theuma għażel lil min, skont hu qed jgħid il-verita u min le. U nfakkrek li Melvin ġa nqabad jigdeb u baqa’ jżomm il-protezzjoni tal-istat u l-pulizja u tal-partit Nazzjonalista!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *