Where your opinion counts

Ir-Rizzi qegħdin f’tarf tal-eżistenza tagħhom mill-ibħra Maltin u ma hu qed isir xejn

In-nies li jħobbu l-baħar ġibdu l-attenzjoni ta’ dan is-sit li r-rizzi qegħdin fit-tarf tal-eżistenza, imma ma qed isir xejn. Waqt li sas-snin tmenin, kellna ħafna bajjiet mimlijin rizzi, illum ma għadekx issib rizza waħda. Waħda mir-raġunijiet hija dik ta’ over fishing.

Imma dak li huwa l-aktar inkwetanti li l-awtoritajiet tas-sajd ilhom jafu b’din il-problema u ma għamlu xejn. Din mhix problema li bdiet illum. Ilhom jafu biha mill-inqas ħmistax-il sena. Fi ħmistax-il sena nbidel il-gvern, imma f’dan ir-rigward ma sar xejn. Anzi ħallew l-affarijiet jiggravaw tant li llum hemm esperti f’dan id-dipartiment li qed jgħidu ċar li r-rizzi wasslu fazi ta’ estinzjoni mill-ibħra Maltin. Imma ma hemmx policy u l-anqas direzzjoni f’dan id-dipartiment min-naħa ministerjali f’dan ir-rigward.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *