Desmond Marmara jitlob lill-Laburisti biex ma joħorġux jivvutaw minħabba l-imġieba tal-gvern u l-ministri tiegħu.
Fi The Times tal-lum qrajna artiklu interessanti mill-eks-kunsillier Laburista Desmond Żammit Marmara li qal li l-Partit Laburista tal-lum immexxi minn champagne Socialists u dan fost l-oħrajn minħabba l-għażliet, deċiżjonijiet li qed jittieħdu kif ukoll il-lifestyle li jgħixu u li ma jiddejqux juru li qed jgħixu. Għalhekk hu qed jitlob lill-Laburisti ġenwini biex ma joħorġux jivvutaw għal-Lejber fl-elezzjonijiet Ewropej.

F’dan il-kuntest, nixtieq nieqaf fuq punt żgħir imma sinifikattiv. Jekk wieħed jara l-għażla tal-karozzi tas-Segretarji Parlamentari u l-Ministri tal-Gvern, wieħed jinduna kif bħal donnu hemm kompetizzjoni ta’ min jinstaq fl-isbaħ u fl-aktar karozza lussuża. Karozzi li kieku ma jokkupawx kariga fil-Kabinett żgur li ħafna minnhom ma kinux jaffordjaw li jixtru! Pero’ ġaladarba huma n-nies mit-taxxi tagħhom li qed iħallsu ma jimpurtahomx u allura jiddandnu kemm jifilħu.
Hemm Ministri u Segretarji Parlamentari li litteralment huma arroganti u għamlu f’qalżiethom! Insew minn fejn telqu u li l-poter qiegħed għandhom misluf. Jekk iħarsu lejn xi wħud minn sħabhom biżżejjed biex jitgħallmu, bhal; Karmenu Abela, Dr Michael Farrugia, Dr Edward Zammit Lewis, eċċ li xi darba kienu Ministri u llum back-benchers!! Jidher li l-PM tilef il-kontroll ta’ wħud minnhom, li ħafna minnhom ilhom fil-kabinett sa mill-2013 u dawn litteralment qed jagħmlu li jridu. X’uħud minnhom misshom ilhom li tneħħew!!! Ir-rabja tan-nies hija kbira u jidher ċar li x’uħud minhom ilhom ma jkunu man-nies. Tara ritratti fil-medja ta’ kuljum li litteralment huma tad-daħk! Tliet Ministri biex jinawguraw biċċa proġett żgħir li jiswa ftit eluf ta’ ewros! Tal-mistħija!!! Kompetizzjoni bejniethom min jidher l-aktar qieshom xi kontestanti ta’ Miss World!! Istħu jekk tafu kif!! Oħrajn li skont Rosianne Cutajar ma xebgħux jitħanżru!! U l-povru ċittadin jitqabad ta’ kuljum biex forsi jgħix diċenti.