Kont qed nistenna li l-Oppożizzjoni tivvota kontra li jiżdiedu l-multi kontra s-sewwieqa.

Minn Edwin Vassallo

Aktar pieni ħorox mhux is-soluzzjoni għall-problemi tat-traffiku. Dawn ma huma xejn għajr taxxi ġodda biex jagħmlu tajjeb għad-deċiżjonijiet ħżiena tal-gvern meta ħa d-deċiżjoni li, biex pajjiżna jikber ekonomikament, kellu jibda’ jżid il-popolazzjoni ta’ Malta bil-barranin.

Biex il-gvern jidher li qiegħed jagħmel xi ħaġa, ressaq fil-Parlament liġijiet ġodda biex issa ċ-ċitazzjonijiet jibdew jiswew aktar flus u punti. Kont nistenna li l-Oppożizzjoni tivvotta kontra. Issa ż-żieda fiċ-ċittazzjonjiet hija taxxa inġusta għaliex f’ċertu sitwazzjoniet, ċertu żbalji ma jistgħux ma jsirux. Hija nġusta li l-poplu qiegħed jintalab iħallas ċitazzjonjiet aktar għola għal żball li oriġinarjament għamel il-gvern. B’hekk bil-vot tagħha mal-gvern, l-Oppożizzjoni daħlet kompliċi f’din is-serqa ta’ flus minn fuq iċ-ċitazzjonjiet aktar għolja għaċ-ċittadini. Issa l-Oppożizzjoni ma tistax titkellem kontra ċitazzjonijiet inġusti.

Mela l-Oppożizzjoni hija kompliċi f’dak li qiegħed jagħmel il-gvern biex jgħolli l-ħajja tan-nies u tan-negozji. Tafu li d-dewmien fit-traffiku huwa waħda mill-aktar spejjeż għoljin għan-negozjanti u għall-familji tagħhom. Issa l-gvern qed jinduna bil-fjask kollu li għamel u bil-problemi li kompla ħoloq f’dik li hija mobilita’ tat-traffiku fil-pajjiż. Għalhekk biex jidher li qed jagħmel xi ħaġa, mar jgħaddi din il-ligi li ser iżżid il-prezz taċ-ċitazzjonjiet meta diġa’ għandna għoqda fit-traffiku li ma tista’ tinħall qatt.

Din hija liġi nġusta u l-Oppożizzjoni fl-għerf kollu tagħha qed taqbel mal-gvern. U dan kollu meta għandna problema kbira bl-għoli tal-ħajja. Jidhru li l-membri tal-Oppożizzjoni, bħal ministru u d-deputati Laburisti ma jħallsux huma iċ-ċitazzjonjiet! U minflok l-Oppożizzjoni tiddefendi lin-nies, tmur taqbel mal-gvern biex jkompli jżid id-dħul minn fuq dahar il-poplu mjassar. Infakkar li l-ispejjeż ta’ dawn it-tip ta’ multi li qed ikomplu jgħollu l-ħajja ma jistgħux jiġu riflessi fuq iż-żieda għall-għoli tal-ħajja għaliex din ma hija xejn għajr taxxa nviżibbli.

Jekk wieħed irid prova ta’ kemm il-multi ma huma xejn ħlief taxxa, kull ma għandu jagħmel il-qarrej huwa li jaqra din l-istorja ta’ hawn taħt.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *