Sew jagħmel il-gvern li jirrifjuta li jimplika r-rakkommandazzjoni tal-inkjesta dwar il-media
NET News tagħtna l-aħbar li pajjiżna niżel fl-iskala jew fl-indiċi tal-liberta’. Jien ma tantx għandi fiduċja f’dawn l-indiċijiet. Kemm jekk dawn huma dwar il-liberta’ tal-media u kemm jekk huma dwar il-ġeneru.
U tafu għaliex niżlet Malta f’dan l-indiċi? Għaliex il-gvern għadu m’implimentax r-rakkomandazzjoni li ħarġu mill-inkjesta tat-tlett imħallfin dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia dwar il-media u l-protezzjoni tal-ġurnalisti. Għalhekk l-istitut fażull tal-ġurnalisti, li hu mmexxi minn persuna li kellu marbuta mal-indirizz elettroniku tiegħu persuni li xogħolhom kien li jattakkaw ċittadini b’kitbithom, ma jistħix jgħidu li l-gvern għandu jagħtihom aktar protezzjoni. Dak li għandu jagħti l-gvern hu protezzjoni liċ-ċittadini mill-attakki tal-ġurnalisti liberali.
Infakkar li f’Malta għandna media li ssejjaħ lilha nnifisha indipendenti. Għandna media li ssejjaħ lilha nnifisha liberali. Issa hu fil-loġika tal-liberaliżmu, li l-media tkun parti mill-establishment u biċċa waħda mal-gvern. Fuq kollox, din hija l-vera verita’ llum f’pajjiżna. nX’jista’ jgħid dak iċ-ċittadin li mhux liberali u jsib il-media hekk imsejħa ndipendenti kontra tiegħu? Lil dak iċ-ċittadin minn ser jiddefendih? Jekk il-gvern jagħmel dak li qed jgħidlu l-Istitut fażull tal-ġurnalisti, f’pajjiżna ser ikollna aktar liġijiet biex bihom ikompli jissawwat, kif iridu dawn il-ġurnalisti liberali, dak iċ-ċittadin li juri d-dissens mill-media indipendenti?
Nerġa’ ngħid hija fil-loġika tal-liberali li jkun parti mill-establishment politiku. U dan rajnieh kemm-il darba jseħħ quddiem għajnejna. Ara ċ-ċittadini li ma jaqblux mal-loġika liberali u dik tal-establishment politiku, inkluż dak tal-media indipendenti, jispiċċaw jissawtu mill-istess establishment bl-għajnuna tal-ġurnalisti liberali.
Ara f’liema skala ta’ liberta’ llum ninsabu u dawn l-oppressuri jridu aktar poter. Ħalluna ngħixu.

In-generalli il-media f’Malta hija is-sahta tal pajjiz.