Il-media tal-Liberali mhix tagħti n-nar l-istorja tas-Sirjani Musulmani li nqabdu jippjanaw atti terroristiċi; imbagħad dwar xi qassis tagħmel plejtu.
Il-media tagħtna l-istorja dwar seba’ żgħażagħ, ilkoll Sirjani, li tressqu l-qorti fuq diversi akkużi ta’ terroriżmu li għalina l-Maltin u l-Għawdxin ma huma sbieħ xejn. Dawn qed jiġu mixlija li xerrdu materjal estremista u li affiljaw lilhom infushom ma’ gruppi estremisti. L-arrest tagħhom kien ir-riżultat ta’ biċċa xogħol konġunta bejn il-pulizija Maltin u entitatjiet internazzjonali, fosthom il-Europol. Din wasslet biex il-pulizija Maltija arrestat lil dawn is-seba’ ġuvintur li l-eta’ tagħhom tvarja bejn il-21 u s-27 sena. Tant qed jiġu mixlija minn akkużi serji li lanqas biss intalab il-ħelsien mill-arrest mill-avukati ta’ dawn is-Sirjani, bil-qorti tiddeċiedi wkoll li jinħareġ ordni ta’ sekwestru fuq il-flejjes u l-propjeta’ kollha tal-imputati.

Imma dak li jolqtok f’dan il-każ hu l-mod ta’ kif il-media inġenerali ppruvat tnaqqas mill-gravita’ ta’ din l-istorja. It-TVM ma qalitx fit-titlu tagħha li dawn kienu Sirjani u Musulmani. Qalet imbagħad fl-artiklu li kienu Sirjani. The Times kellha gargarella biex tippubblika din l-istorja għax din mhux dwar Christian Borg, Rosianne Cutajar, Yorgen Fenech, Fr. David Muscat jew Fr. Luke Seguna. L-unika media li kienet onesta u serja mal-qarrejja tagħha kienet Net News. Din tagħtna l-fatti kollha mill-bieraħ filgħaxija stess. Hawn ngħid proset lill-ġurnalisti ta’ dan l-istazzjon.

Il-Mulej jeħlisna minn dan it-tip ta’ terroriżmu. Għalhekk hawn wieħed jifraħ anki lill-pulizija tas-suċċess tagħha. F’pajjiżna ma għandniex bżonn din il-kwalita’ ta’ sitwazzjonijiet. Għandna biżżejjed inkwiet tagħna u m’għandniex għalfejn ikollna pulizija barranija li jiġru wara nies li jkun issetiljaw ġewwa pajjiżna biex imbagħad jabbużaw mill-ospitalita’ tagħna. Dawn m’humiex aħbarijet sbieħ għall-pajjiżna u għandna insaħħu l-liġijiet biex dawk li jinstabu ħajta li kienu nvoluti f’dawn t-tip ta’ reati jitilfu jekk hemm bżonn anki ċ-ċittadinanza Maltija waqt li jiġu rimpatrijati.
Imma dak li jdejqek mhux li nqabdu dawn iż-żgħażagħ li jidher li huma affiljati mal-ISIS. Imma meta jkollok xi qassis li ta’ The Times ikunu jridu jkissru, l-istorja tiegħu jagħtuha n-nar. Imma meta l-istess ġurnalisti jkunu ffaċċjati b’persuni Musulmani u dawn ikunu akkużati li huma nvoluti fit-terroriżmu, jaraw kif inaqqsu mill-impattat tal-aħbar mal-qarrejja għaliex din ma tkunx iddoqq għall-widnejhom u għall-ħdura ta’ qalbhom. Infatti, din id-darba, ta’ The Times damu ma ħarġu bl-istorja u l-fatt li huma Sirjani qaluh fil-by-line.

Dak li jinkwetak f’din l-istorja huwa li s-sebgħa li huma ddikjaraw li jaħdmu bħala bajjada. Mhux ser nidħol fuq il-fatt li dawn ikunu jduru d-djar ta’ Maltin u Għawdxin. Imma din ser iġġib aktar tħassib fost il-Maltin li llum jagħmlu użu mis-servizz tas-Sirjani. Ġa għandna gvern li hu laxk ħafna fejn jidħlu s-Sirjani – inkluż fil-ġid li dawn qed jakkumulaw u għaliex huma Musulmani, id-Dipartiment tat-Taxxa ma tantx jidher dispost li jaqbad magħhom. Ħa ngħidha kif inhi. Din mhix xi kritika għall-Musulmani imma kritika għall-media liberali u l-aġenda tal-ġurnalisti tagħha. Mhux ovvja li mhux il-Musulmani kollha huma terroristi. Fuq kollox, mhux il-Musulmani kollha huwa ttrattati l-istess f’pajjiżna. Jekk inti Musulman Eġizzjan u tagħmel xi ħaġa ħażina, iċ-ċans huwa li tkun ripatrijat minnufih. Imma jekk int Sirjan, is-sitwazzjoni hija differenti u f’pajjiżna għandek il-protezzjoni. Nemmen li hija din l-attitudni li qed tagħti lok għall-abbuż. Nemmen li hemm Sirjani li qed jabbużaw minn din is-sitwazzjoni.
Dawn ġew akkużati b’reati serji li jistgħu jwasslu li jiġu kkundannati għal għomorhom il-ħabs. Dawn qed jiġu mixlija li xerrdu messaġġi li jħeġġu reati terroristiċi, li rreklutaw jew ħajru persuni jwettqu atti terroristiċi, li għallmu lil persuna jew persuni oħra kif jużaw splussiv jew armi tan-nar kif ukoll li ppruvaw jivvjaġġaw lejn l-Unjoni Ewropea biex jieħdu sehem f’attakki terroristiċi. Tistgħu tgħiduli razzista, imma pajjiżna ma jistax jospita nies ta’ din il-kwalita’ – dejjem jekk ir-reati attribwiti lilhom huma minnhom. Żgur li jekk ħatja, għandu jkun hemm ir-re-impatriazzjoni tagħhom lejn is-Sirja.
Allaħares nieħdu l-fama li issa qed ikollna ċelloli terroristiċi għax inbatu f’dan il-pajjiż. Ma jistax ikun li aħna niġu ttimbrati li sirna xi bejta tat-terroristi. Dak li hu żgur hu li rridu naraw li pajjiżna ma jsirx ċentru tat-terroristi biex joħolqu l-inkwiet f’pajjiżi Ewropej u f’pajjiżi oħrajn. Imn’Alla kellna l-Europol li ħadmu mal-awtoritajiet Maltin bil-għalaq biex wasalna għal dawn l-arresti.
Għalhekk imbagħad ninkwieta meta nara l-media tal-liberali u x-xellugin kif irrappurtat din l-istorja. Ara lil dawn ma seħħejhulhomx Musulmani aħseb u ara kemm ser isejħulhom Faxxisti jew Nażisti. Dawn il-ġurnalisti jagħmlu plejtu sħiħ fuq nostalgiku ta’ Hitler jew xi ħadd li jrid jibni tempju lil Luċifru, imma mbagħad jaraw kif inaqqsu mill-gravita’ ta’ fatti bħal dawn għaliex jikxfu li n-narrattiva liberali u tax-xelluġ tagħhom hija waħda fażulla.
il-fatt li terroristi jidhlu l-Ewropa taparsi refugjati huwa fatt maghruf sew – hemm kemm trid intelligence reports fuq l-internet. dak li nhux maghruf sew huwa li hemm numru sostanzjali minn dawn ir-refugjati li kienu kumbattenti fi gwerer civili mil-libja sas-sirja u l-afganistan u issa ank l-yemen u s-sudan. mur nhar ta” gimgha Corradino jew l-qawra hdejn is-salini u bnadi ohra tara eluf ta rgiel jingabru ghat-talb – minn banda ta’ min jammirhom – mank iz-zaghzagh taghna kellhom l-istess fidi. Mill-banda l-ohra tinkwieta – hadd ma jaf il-background ta’ hafna minn dawn l-irgiel tal-eta tal-glied – tassew hadd ma jaf x’hawn mas-saqajn – grazzi PN, grazzi PL u grazzi UE. L-unika nies li marru tajjeb huma dawk li jistghanew minn fuq l-abbuz tac-cheap labour (li johloq ir-rizentiment fost l-immigranti) u l-avukati fl-industrija ta’ l-hekk imsejha drittijiet umani.
Jidher li pajjiżna b’xi mod dejjem serva ta’ bejta fejn jistaħbew kriminali mafjużi Sqallin, pick-pocketers Bulgari u Rumeni u issa anke militanti tal-ISIS! L-intelligence Maltija qed tkun viġilanti u taf min dieħel u ħiereġ mill-pajjiż?? Ta’ min jaħseb fuq dan.
Fuq qudiem net tal-medea kienet ta-dun beruit, “dawn irriedu jejxu fil-paci”. Il-medea in generalli saret il-veru sahta ta-Malta.