Għal Arnold Cassola, il-preskrizzjoni teżisti biss jekk il-politiku jkun raġel imma ma tgħoddx jekk il-politiku tkun mara.
Minn qarrej ta’ dan il-blog.
Ħadt pjaċir li Arnold Cassola għamel reazzjoni għal dak li jien ktibt u li ġie ppubblikat fuq dan is-sit. Jien ikkritikajt lil Arnold Cassola b’inkonsistenza għaliex ma rrappurtax lill-Prim Ministru lill-Kummissarju tal-Istandards Pubbliċi imma ma ġarax l-istess fil-każ ta’ Rosianne Cutajar. Cassola spjega li hu ma jistax jirrapporta lill-Prim Ministru dwar dak li ġie allegat dwaru minħabba l-preskrizzjoni. Fi kliem ieħor, l-allegat każ ta’ korruzzjoni bejn il-Prim Ministru Robert Abela u Christian Borg imur lura għal aktar minn sena u allura, skont Cassola, dan huwa preskritt.
U hawn fejn jien ma nibdiex nifhem lill-politiċi tagħna. Hu hawn fejn inħoss in-nuqqas ta’ konsistenza anki minn politiċi bħal Cassola. Infakkar li Arnold Cassola rrapporta lil Rosianne Cutajar lill-Kummissarju tal-Istandards fuq każ li mar lura aktar minn sena. Anki ta’ Repubblika kienu rrappurtawha. Jekk niftakar tajjeb, il-każ ta’ Rosianne Cutajar mar lura għall-erba’ snin. Ħa nagħmilha ċara. Hawn mhux qiegħed nikkritika l-fatt li Cassola jew ta’ Repubblika rrappurtawha lill-Kummissarju tal-Istandards. Hawn qiegħed nistaqsi dwar kif taħdem il-preskrizzjoni. Jiġifieri qed nifhem sew li meta politiku jkun il-prim ministru jew raġel, hemm għandna preskrizzjoni ta’ sena u l-każ jkun preskritt jekk ikun seħħ aktar minn sena qabel, imma jekk il-politiku tkun mara u l-media tkun trid tkissirha, hemm il-preskrizzjoni ma taħdimx?
Għalija dan hu każ ta’ two weights and two measures. Nispera li Arnold Cassola jagħtini spjegazzjoni kif fil-każ tal-Prim Ministru hemm il-preskrizzjoni, imma fil-każ ta’ Rosianne Cutajar ma kienx hemm preskrizzjoni. Ara dak inhar, is-sistema ma żammitx lill-Kummissarju tal-Istandards milli jinvestigaha!
Imma illum ma jistax jagħmel l-istess minħabba li l-preskrizzjoni qed iżżommu. Imsomma ħawwadni ħa nifhem!

Mhux wahdek li ma tistax tifhem dal politiku fallut.!