Politiku tajjeb għandu jiċċekken u mhux jipprova jikber minn fuq dahar il-voti tan-nies: Roberta Metsola għandha titgħallem mill-iżbalji tagħha stess.
Minn Edwin Vassallo
Huwa ġust li kandidat, hu min hu, u hi min hi, f’run up għall-kampanja elettorali tonfoq somma flus biex torganizza attivita’ straordinarja li tiswa’ ammont ta’ flus sostanzjali? Din hija l-mistoqsija li tqanqlet minn ħafna wara l-attivita’ organizzata mill-MEP Roberta Metsola fit-Teatru Manwel. Huwa minnu li kull persuna għandha dritt torganizża dak kollu li tixtieq, iżda l-kredibilita’ titlob ċertu għaqal u prudenza.
Meta persuna hija nvoluta fil-politika, speċjalment meta f’pajjiżna għandna dawn l-istejjer kollha ta’ korruzzjoni min-naħa tal-gvern u każjiet ta’ politiċi li allegatament huma involuti ma’ persuni f’negozju kbir, wieħed kien jistenna aktar prudenza minn Roberta Metsola.
Aspett ieħor ta’ din l-attivita’ ta’ Metsola huwa li dan il-kunċert sar għall-udjenza selettiva, meta mbagħad, trid il-vot tal-poplu Malti kollu. Għalhekk ma narax li hija ġusta mal-elettorat, speċjalment dak li vvutawlha, f’ċirkostanzi fejn ħafna nies qed jesperjenzaw il-faqar u l-familji f’riskju ta’ faqar qegħdin dejjem jiżdiedu, politiku jorganizza attivita’ bħal din li ġiet tiswa’ eluf ta’ ewro għall-erba’ min-nies selettivi u tat-tajjeb. Żgur li din kienet attivita’ in bad taste – kif jgħidu bl-Ingliż. Fi kliem ieħor kienet attivita’ tistona mal-fatti u ċ-ċirkostanzi li qed jgħixu fihom il-maġġoranza tal-familji Maltin u Għawdxin.
Veru li l Malti jgħid li “min għandu l-bżar ħa jroxxu“. Iżda diġa’ għandna ministri min-naħa tal-gvern bi stejjer ta’ laxkezza fil-relazzjonjiet man-negozjanti kbar. Issa kif jista’ jkun li jkollna kandidati għall- Parlament Ewropew, li qed jitolbu biex jiġu afdati bil-voti tagħna u jġibu ruħhom b’mod daqshekk elitist għaliex donnhom telgħu skaluna ‘l fuq fil-ħajja soċjali tagħhom?
Jien nemmen fil-loġika li min hu kbir irid jiċċekken, u min qiegħed fil-politika jrid iservi. F’dan il-pajjiż, dak li għandna bżonn huwa modi ġodda ta’ kif nuru l-umilta’ u mhux kif nuru s-superjorita’. Għandna bżonn politiċi li jimxu pass pass mal-ħajja tal-poplu u mhux politiċi li jużaw lilll-poplu biex jitilgħu minn fuq dahru, l-iskaluni tas-soċjeta’.
Nittama li l-ħajja tgħallimna u fuq kollox nittama li nitgħallmu mill-iżbalji tal-ħajja.
Illum tahbat il-festa ta’ Santa Katerina ta’ Siena. Gew quddiemi dawn l-erba’ kelmiet tal-qaddisa li jiswew hafna ghal politici tallum, u ghal kullhadd.
To all of the nobility and politicians to whom Cathrine wrote, she stressed that a good ruler must first be a good person. “Politics are never anything but the product of a person’s religious life,” she wrote. “Break the chains of sin; cleanse yourself by confession. Only then will you be real rulers. For who can really be master if he is not master of himself, if reason does not rule his passions?”