Persuna li waqqgħet id-dinjita’ tal-mara għaż-żuffjett u tagħmel statements rażżisti, Ryan Spiteri, mistiedna mill-Partit Laburista biex tanimalu l-attivita’ tal-1 ta’ Mejju.

Qed inġib video li qed idur fuq TikTok. Dan hu vidjew tad-DJ Ryan Spiteri. Dan mar Napli u approċċja grupp ta’ nisa – li kienu sorijiet – u beda jgħidilhom biex jgħidu miegħu “żobb tal-Filippini”. Immaġina kieku din saret Malta u qal l-istess messaġġ lil xi grupp ta’ nisa Maltin. Fuq kollox, Spiteri pprova jwaqqa’ lil Filippini, għax Filippini għan-nejk. Dan hu wkoll rażżismu. Naħseb kieku dan qalu xi ħadd ieħor, ġa kellna il-media tal-Liberali u tal-Knisja tgħajjat tal-misħija. Immaġina kieku xi ħadd japproċċja grupp ta’ transesswali jew gays u jgħidilhom biex jgħidu miegħu “żobb tal-pufti”. Ara kieku x’kien jinqala’. Kieku ġa kellna l-assoċjazzjonijiet kollha jgħajtu skandlu u l-pulizija bdiet proċeduri kriminali fil-qorti kontra l-persuna li tkun qalet dawk il-kliem waqt li l-karriera artistika tal-individwu tkun spiċċat. Imma jekk persuna tkun qrib il-Partit Laburista tista’ tgħid li trid għaliex il-pulizija u l-istat ser jipproteġik.

Nifhem li dan sar barra minn pajjiżna. Imma dan il-bniedem li tkellem b’dan il-mod ser ikun qed janima l-attivita’ tal-Partit Laburista tal-1 ta’ Mejju ma’ Mary Spiteri. Qed ngħid dan, għaliex skont riklami li ġa dehru, Ryan Spiteri mistenni jagħmel warming up għall-attivita’ tal-Partit Laburista ta’ nhar it-Tnejn.

Fuq kollox dan id-DJ jintuża mill-Partit Laburista. Infatti fl-imgħoddi kien ħafna drabi f’attivitajiet tal-Lejber. Għal ġieħna, dan Ryan Spiteri huwa fit-tim ta’ Festivals Malta ma’ Aaron Zahra. Din hija l-kultura li qed iwassal dan il-gvern lill-poplu Malti! Wieħed jistaqsi jekk dan hux denju li persuna li tagħmel dawn l-affarijiet tkun tirrappreżenta lill-gvern. Din mhix issue jekk dawn hux sorijiet jew le. Din hija issue ta’ etika u ta’ dinjita’ umana. Dawn huma l-mudelli li dan il-gvern qed jippreżenta liż-żgħażagħ tagħna.

Għalhekk wieħed jistaqsi fejna l-etika f’dan kollu? Fejn hija l-etika li persuna li tirrappreżenta lill-gvern Malti tmur tkellem persuni barranin b’dan il-lingwaġġ tal-baħrin u fuq kollox twaqqa’ grupp ta’ nisa għan-nejk għaliex forsi ma taqbilx mal-valuri sesswali li jħaddnu? Fuq kollox, dan jammonta għal rażżimu.Din mhix issue li dawn huma sorijiet. Fejn hija d-dinjita’ tal-mara f’dan kollu? Fejn hija d-dinjita’ tal-bniedem f’dan kollu? Jew għax persuna hija soru u barranija, tista’ titnejjek biha kif trid għax int ma’ Robert Abela?

Dan hu l-istat tal-biża’ li ġabuna fih il-Liberali. Fejnha l-Ministru tal-Ugwaljanza f’dan kollu? Jew din tiftaħ ħalqha biss jekk xi ħadd jgħid il-kelma gayyaġni? Ara meta jkun xi ħadd qrib il-gvern li jattakka d-dinjita’ tal-mara, hemmhekk il-Kummissarji kollha li waqqaf dan l-istess gvern, dawk għall-ugwaljanza, għan-nisa etċ, kollha b’ħalqhom magħluq. Anzi min jagħmel dawn it-tip ta’ azzjonijiet, inġibuh bħala mudell għaż-żgħażagħ Maltin u biex jiddeverti lill-poplu Malti. Verament dan hu poplu lluppjat li jikkuntenta b’din il-ħamallaġni!

2 thoughts on “Persuna li waqqgħet id-dinjita’ tal-mara għaż-żuffjett u tagħmel statements rażżisti, Ryan Spiteri, mistiedna mill-Partit Laburista biex tanimalu l-attivita’ tal-1 ta’ Mejju.

  1. Idjota dal bniedem….not even funny!

    Jien liberali, pero dal-komportament iqallali l-istonku. Apparti li lanqas min m ghandux problema b dan it tip ta cajt, ma nahseb li tbissem.

    1. X’injuranza u xi stupitaġni! Mingħaliħ għamel xi bravura biex iddaħħaq dal-baxx. Imma imbagħad ma nafx x’għandu x’jaqsam il-Labour jew agħar il-Prim Ministru ma dan il-forma ta’ bniedem. Għax ma irraportajtuħx l-ewwel, imbagħad kellimtu jekk il-PL m’għamel xejn fuq ir-rapport.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *