Kemm Adrian Delia u Jason Azzopardi fil-mira ta’ Karol Aquilina: Azzopardi jgħid li r-Repubblichini qed jigdbu fuqu!
Issa anki ħu Robert Aquilina tħajjar jippubblika ktieb. Karol Aquilina ħareġ bi ktieb li skont l-istess Karol, huma maħsub biex joħroġ aktar il-frodi ta’ Robert Abela. Dan hu ktieb li fih aetikli ta’ numru ta’ esponenri Nazzjonalisti. Mela wieħed jaħseb li dan hu ktieb li jikkumplimenta dak li ħareġ ħuh Robert dwar il-Pilatus Bank. Dan hu dak li kiteb Karol Aquilina.

Imma meta tara u taqra dan il-ktieb ta’ Karol Aquilina, issib li dan inkiteb fi strateġija ċara biex ikompli jintesa dak li għamel Adrian Delia kontra l-Vitals u Stewards anki jekk Adrian Delia wieħed mill-kittieba. Fi kliem ieħor, dan il-ktieb huwa biss attentat biex jigbdu t-tapit minn taħt Adrian Delia. Ma għadux waħdu bħala eroj kontra l-Vitals. Infatti, jekk wieħed iħares ftit lejn in-narrativa, reġgħu, deffsu lura lil Simon Busuttil fl-istorja. Ovvjament, il-PPE għandhom gargarella kbira li mhux ser imorru tajjeb fuq livell Ewropej. Issa dan is-sit jinsab infurmat li moħħ wara dan kollu hu Karol Aquilina. Għandna naqblu li Simon Busuttil mhux ser jidħol f’din l-istorja ta’ xejn

Karol Aquilina mhux biss ma kellux x jaqsam imma kien wiehed minn dawk id-deputati li l-ewwel iffirma l-protest gudizzjajrju ma’ Adrian Delia bħala parti mill-grupp parlmentari, imbaghad wara ma ffirmax il-kawża kif għamlu sħabu Therese Comodini Cachia u Beppe Fenech Adami. … Illum bil-wiċċ tost kollu, kiteb ktieb dwar ir-rebha ta’ Delia
Il-ktieb joħroġ biss ftit wara dak li ħareġ ħuh. X’qed jiġri hawn? L-aħwa qed jipprovaw jaħtfu l-kontroll tal-Partit Nazzjonalista aktar milli diġa’ ħatfuh u ġabuh għarkubbtejh. Dan hu kif jaħdem l-establishment tal-PN.
Sadanittant Jason Azzopardi qed jilmenta li tħalla barra minn dan il-ktieb ta’ sieħbu Karol Aquilina.
B’dan il-ktieb, Karol Aquilina ried jagħti daqqa lil Adrian Delia u oħra lil Jason. It-tnejn huma fin-nofs għall-iskopijiet tiegħu. Issa min mar jikteb li jien qed inxerred il-qasma fil-PN, għandu lil Jason Azzopardi stess jilmenta li tħalla barra minn sħabu stess!
Azzopardi kiteb ħafna botti lejn xi ħadd fil-PN li qal li warrbu u ma ridx li ismu jidher f’dan il-ktieb ta’ Karol Aquilina. Biss qal li ma kienx qed jirreferi għall-editur tal-ktieb? Mela għal min kien qed jirreferi? Fuq kollox, x’editur hu dan li jiddettawlu x’joħroġ fi ktieb u min jikteb fi ktieb u min le. Dan hu l-messaġġ ta’ Azzopardi. Imsomma, aktar ġlied intern fil-PN u mar-Repubblichini.
Nikteb dwar il-ktieb li ħareġ il-Partit Nazzjonalista dwar is-serqa tal-VGH u l-kawża dwar il-VGH mirbuħa minn Dr Delia.
Irrid nagħmel żewġ punti, għax issa li qed ikellmuni ċertu nies u jistaqsuni għala m’hemmx il-kontribuzzjoni tiegħi, huwa dover tiegħi lejja nnifsi u lejn il-verita’ li tkun magħrufa l-verita’.
L-ewwel punt. Il-PN għamel tajjeb ferm u ferm li ħareġ ktieb li fih (hekk qed igħiduli) ħafna informazzjoni dwar dak li wassal għal dan l-iskandlu tal-VGH li iva, hija l-ikbar serqa. Dan ha jkun jidher iktar ċar fil-ġejjieni. Imma għalissa, s’hawn.
Il-PN għamel pass tajjeb ferm li kiteb biex jinforma u jirrepeti kif dawn il-korrotti ħmew pjan biex jaħsbu għalihom u għal uliedhom bi flusna meta biegħu l-isptarijiet tagħna.
Issa t-tieni punt.
Ħafna staqsewni għala m’hemmx il-kontribuzzjoni tiegħi, bħalma hemm ta’ ħaddiehor fil-ktieb u staqsewni jekk dan hux għax jien irrifjutajt.
Issa hekk le! Hekk jonqos! Jigdbu fuqi u nħalliha għaddejja.
JIEN MA ĠEJTX MITLUB MILL-PN BIEX NIKTEB KONTRIBUZZJONI GĦAL DAN IL-KTIEB DWAR KAWŻA LI MA SETGĦETX ISSIR MINGĦAJRI.
Ħalli d-diskors ikun ċar: kont jien li MINN JEDDI fl-2018/2019 u MINN BUTI u MINN ĦINI għamilt tliet (3) xhur nirriċerka, nistampa, nikteb il-materjal meħtieġ biex setgħet issir il-kawża fil-Qorti.
Kont jien WAĦDI ħriġt bl-idea li ssir kawża. U mertu ta’ Dr Delia li waħdu aċċetta li jagħmilha mill-ewwel.
Kont jien WAĦDI li għamilt lejliet il-Milied tal-2018 u lejliet l-Ewwel tas-Sena 2018/2019 naqra hemel karti mifruxin fuq mejda kbira u nikteb il-punti saljenti biex stajt nikteb il-kawża.
Tliet xhur, kuljum, ġieli għaxar siegħat f’ġurnata.
U dan MINN JEDDI. U għall-ebda ħlas finanzjarju.
Issa li xi ħadd imqar jgħaddilu mill-antiporta ta’ moħħu li ħa nħallih jgħid li ġejt mistoqsi nikteb f’dan il-ktieb u jien irrifjutajt, kemm sejjer żball li ħa nħallih jigdeb fuqi.
Min qatt ma għamel penny xogħol f’ħajtu u minn qatt ma għamel 3 xhur jistudja KULJUM biex ikun jista’ jagħmel kawża, ma jafx x’jiġifieri.
Ma jafx x’jiġifieri s-sagrifiċċji kbar u personali li kelli nagħmel. U dawk ta’ madwari miegħi.
Dawk it-tliet xhur ħadthom minn saħħti. U ma ninsihom qatt.
Faċli ħafna li ħaddiehor jirkeb fuq karru li mhux tiegħu.
Difetti għandi ħafna. Ħafna. Lanqas ngħoddhom.
Imma m’għandhiex id-difett li nilgħaq u lanqas li nieħu l-mertu ta’ xogħol ħaddiehor jew li nqiegħed fuq l-istess keffa min ma jkun għamel xejn ma’ min ikun tbażwar b’xogħlu.
Tant biex il-verita’ tkun magħrufa.
PS u biex ma jkunx hemm malintiżi, MINIEX qed nirreferi għall-editur tal-ktieb, li naf li għamel ħiltu biex is-sewwa jkun magħruf.
Biex issiru partit tan-nies, l-ewwel tridu trabbu qalb u kuxjenza.
F’kumment li tani Edwin Vassallo qalli;
L-editur tal-ktieb huwa Karol Aqulina u dan huwa l-persuna li ħalla barra lil Jason Azzopardi. Mela r-rabja ta’ Jason Azzopardi għandha tkun kontra sieħbu stess Karol.
Ma għandux għaliex jinkwieta Jason. Dan huwa l-PN li halla warajh. Dan hu l-PN li hu stess ħoloq. Il-PN sar partit ta’ nies jobgħodu lill-xulxin. issa Jason huwa l-avukat ta’ ħu Karol. Il-mibgheda ta’ bejn l-aħwa tant hija kbira li ħadd ma jista’ jifhem sa fejn ser tasal.
Hu il-prim ahdar…..orangjo m huwiex. Skonti ahdar iehor!