Robert Abela keċċa lil Rosianne Cutajar għaliex qal li qiegħed “raising the bar!” Cassola ser jikteb lill-Kummissarju tal-Istandards biex jinvestigah wara l-istejjer tal-Ħadd?

Minn qarrej ta’ dan il-blogg.

Issa għaddew diversi jiem mill-istorja li Christian Borg għadda eluf ta’ ewro lil Robert Abela u martu Lydia Abela fl-istess ġurnata li nħareġ il-permess fuq proprjeta’ li xtara Christian Borg. Infakkar li dak iż-żmien Robert Abela kien l-avukat tal-Planning Authority. L-etika titlob li anqas biss jaċċetta lil Christian Borg bħala klijent tiegħu aħseb u ara kemm jagħmel negozju miegħu! Irrid nżidu li insider dealing huwa reat kriminali. Dan hu punt li ma tantx ġie diskuss iżda li avukat tal-Planning li suppost qed jidddefendi l-interessi tal-Planning juża informazzjoni għall-gwadann personali tiegħu mhux aċċettabbli u dik biss teħtieġ investigazzjoni.

Investigazzjoni oħra għandha issir mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni sabiex jiġi stabbilit jekk il-familja Abela ħallsitx taxxa fuq dik is-somma flus li rċevew kull wieħed mingħand l-allegat Christian Borg. Nies komuni jgħadduhom minn martirju fuq kwistjonijiet ta’ taxxa u l-istess Robert Abela għamel snin jattakka lill-Kap tal-Oppożizzjoni fuq kontijiet pendenti ma’ tat-taxxa.

Sorpriż kif s’issa għadu hadd ma daħħal rapport quddiem il-Kummissarju ghall-Istandards. Kont qed nistenna lil Arnold Cassola biex idaħħal wieħed. Imma forsi dak raġel u mhux mara bħal Rosianne Cutajar. Ikun interessanti li wieħed jara kif ikun il-verdett tal-Kummissarju tal-Istandards quddiem investigazzjoni dwar Robert Abela. Tassew li għandna Oppożizzjoni rieqda u ċassa. Ir-Repubblichini wkoll bħal donnhom fejn iridu jorqdu. Min jaf għalfejn? U mbagħad iridu jbellgħuha lill-poplu li hekk xi ħadd minnhom li għandu ħajtu fil-periklu! Ara kif jistgħu jkunu fil-periklu meta dawn biċċa waħda mal-Prim Ministru.

Il-Prim Ministru minkejja li għandu ħafna x’jispjega, għadu ma lissinx kelma waħda dwar dan kollu. Is-sitwazzjoni hija skomda u mbarazzanti ħafna għalih anke għaliex sa ftit tal-ġimgħat ilu kien qed juża lil Rosianne Cutajar bħala scapegoat biex jagħti l-impressjoni li jrid itella’ l-istandards fil-Partit Laburista.

Allura l-mistoqsija tiġi awtomatika. Se naraw xi tip ta’ istandards għalih innifsu? Nistennew u naraw.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *