Prim Ministru f’paniku u biża’ li l-anqas pjazza Kastilja ma hi ser tintela’: qed jaħsbu li jmexxu l-attivita’ għall-pjazza quddiem il-parlament.

Illum kien hemm laqgħa tal-Grupp Parlamentari Laburista. Waqt din il-laqgħa, il-Prim Ministru Robert Abela ma semma xejn dwar dak li rrappurtat il-media l-Ħadd li għadda fir-rigward tal-pagamenti li ħadu hu u l-mara tiegħu mingħand Christian Borġ. Diversi sorsi fi ħdan il-Kabinett u l-Grupp Parlamentari Laburista saħqu li stennew li tal-anqas jagħti spjegazzjoni dwar dak kollu li kien irrappurtat inkluż dwar l-aħħar żviluppi mill-qorti fejn jidher li l-istess qorti ser tilqa’ l-applikazzjoni li għamel David Casa u tordna nkjesta dwar l-allegat flus li Christian Borg ta’ lil Robert Abela.

Il-Prim Ministru Robert Abela għażel li jitkellem biss fuq l-attivita’ tal-ewwel ta’ Mejju. Huwa esprima l-inkwiet tiegħu għan-nuqqas ta’ interess u ħeġġa li qed jara għall-attivita’ ta’ nhar it-Tnejn u ħeġġeġ lid-deputati biex jimmobilizzaw in-nies ħalli jkun hemm attendenza numeruża.

Dan is-sit jinsab infurmat li aktarx flok din l-attivita’ ssir fi Pjazza Kastilja, iċ-ċelebrazzjoni tal-Ewwel ta’ Mejju ssir quddiem il-parlament biex f’każ li l-attendenza ma tkunx b’saħħitha ma jaqawx għaċ-ċajt u jidher li hemm in-nies!

Il-Prim Ministru ilu jħossha din in-nuqqas ta’ ħeġġa fost il-partitarji Laburisit tant illi wara li waqqaf lill-Manuel Cuschieri mill-programm politiku tiegħu reġa’ sejjaħhu biex jagħmel ritorn bi programm li l-għan warajh hu li jħeġġeġ in-nies, b’mod partikolari l-Laburisti, ħalli jkunu parti miċ-ċelebrazzjonijiet.

3 thoughts on “Prim Ministru f’paniku u biża’ li l-anqas pjazza Kastilja ma hi ser tintela’: qed jaħsbu li jmexxu l-attivita’ għall-pjazza quddiem il-parlament.

  1. Ħafna votanti xebgħu b’ħafna diskorsi li ma jfissru xejn! Gvernijiet li rrendew dan il-pajjiż f’wieħed fejn il-ftit li huma tal-qalba jimxu ‘l quddiem u l-oħrajn mitluqa għal riħhom!! Skandli wieħed wara l-ieħor u min jitħanżer l-aktar. Sinjuri politiċi l-vot tagħna ma nagħtuhx għalhekk imma biex il-pajjiż jitmexxa kif suppost, b’mod ġust, trasparenti, skont is-saltna tad-dritt u kulħadd kontabbli ta’ għemilu!

  2. Nahseb li b’naqra ricerka kont tinduna li xi hadd tak informazzjoni zbaljata, il-Hadd 23 t’April kien hemm ‘full page paid advert’ ihabbari li l-mass meeting kien quddiem il-parlament! Dan minghajr ma’ nidhol fi kwistjoni ta paniku u mhux, hlasijiet u qrati etc.. strettament m’ghadux jinteressani.. pero tghogobni l-korrettezza f’dak li jkun rapurtat!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *