In-nies li jagħmlu l-house gathering għal Roberta Metsola ma kinux mistiedna għar-reception u l-kunċert għaliex mhux tal-first tier.

Ħafna nies ikkummentaw dwar il-kunċert li għamlet Roberta Metsola fil-Manoel Theatre. L-argument tagħhom kien wieħed tajjeb. Bla dubju, Ukko u Roberta Metsola huma koppja ta’ suċċess u bejniethom idaħħlu salarji kbar. Ma għandix dubju li bejnithom idaħħlu madwar nofs miljun ewro. Mela żgur għandhom flus biex jagħmluh dan il-kunċert. Mela sa hawn ma hemm xejn straordinarju. Żgur li huma koppja li jifilħu jħallsu kunċert u reception ta’ dak it-tip

Imma wieħed jistaqsi għala l-ġurnali damu ġimgħa biex tkellmu fuq din l-attivita’? Għaliex kollox sar bil-moħbi? Normalment, attivitajiet bħal dawn ikunu fuq fomm kulħadd. Tixba’ tara ritratti fuq Facebook. Għala ma ġarax hekk f’dan il-każ? Fuq kollox x’hemm li għandek iżżomm moħbi li ġibt lil Joseph Calleja biex ikanta happy birthday lir-raġel jew lil Wayne Marshall biex jidderiġi l-Orkestra Nazzjonali? Fuq kollox, festa bħal din ma setgħetx tgħaddi mingħajr fjuri. Kellha fjuri fil-Manoel u anki fis-sala fejn sar ir-riċeviment. Veru li dawn kienu fjuri ta’ Alistair?

Kont nistenna lill-ġurnalisti li jistaqsu lil din il-koppja, la darba huma f’għajnejn pubbliċi, kemm qed idaħħlu fis-sena u kemm qamilhom dan il-kunċert. Fuq kollox, għala dan il-ħabi kollu dwar il-mistiedin? Għala dan il-ħabi kollu dwar l-infieq? Jaqaw kien hemm mistiedna balla mażuni li ma riedux juru wiċċhom? Qed ngħid dan għaliex l-anqas ritratt wieħed ta’ din l-attivita’ ma ttella’ fuq Facebook. Jaqaw kien hemm min ta servizzi b’xejn?

U għala l-ġurnalisti mhux qed jistaqsu kemm ġietha tiswa’ din l-attivita’? Il-punt hu dan. Naħseb li kieku din l-attivita’ għamilha xi ħadd ieħor, Jacob Borg ġa staqsa u talbu jew talabha tirriproduċi l-invoices ħalli jkun ivverifikat li kulħadd tħallas minn fondi privati u mhux minn fondi pubbliċi u fuq kollox, kulħadd tħallas ta’ xogħlu u tħallset il-VAT. Issa jekk kien hemm min offra servizzi b’xejn wieħed jistaqsi għaliex. Ara meta jkun xi politiku ieħor li l-ġurnalisti jridu jkissru, ma joqogħdux jgħidu li l-attivita’ saret minn fondi privati. Hemm, il-ġurnalisti jitolbu l-irċevuti. Infakkar li fejn iridu, dawn il-ġurnalisti ma jiddejqux jitolbu proof of payment lill-politiċi għax-xogħol li jkunu għamlu. Ara f’dan il-każ, l-ebda mistoqsija.

Imma dawk li qed jiddefendu dan il-kunċert qed jgħidu li dan kien kunċert privat u allura ma hi affari ta’ ħadd kemm sewa. Kemm ngħid lil dawn it-talin li dan is-sit jinsab infurmat li tnejn mill-canvassers prinċipali – ġejt mogħti l-ismijiet tagħhom – iħobbu jċemplu lid-deputati tal-PN u jġegħluhom jagħmlu house gatherings għal Roberta Metsola u din ma toħroġx ħabba waħda għal dawn il-house gatherings. Mela għal house gatherings ma hemmx flus, imma għall-attivita’ esklussiva li għaliha attendew nies esklussivi tal-first tier u ġiet tiswa eluf ta’ ewros hemm flus kemm wieħed irid. Infakkar lil dawk li qed jgħidu li dawn huma mħallsa minn flus li din il-koppja taqla’, dan in-nofs miljun ewro fis-sena qed taqgħilu minn fuq it-taxxi tagħna. Mela għandna dritt inkunu nafu.

Ħa nżid dettal ieħor. Dawn iż-żewġ canvassers jheddu lil dawk id-deputati li jekk ma jaħdmux għal Metsola u ma jorganizzawliex l-attivitajiet u allura jridu jħallsuhom minn buthom, huma ser ikunu qed jaħdmu kontra tagħhom fl-elezzjoni li jmiss. Tafu xi jfisser din? Dan ifisser li l-ħaddiema tal-MediaLink jingħataw ordni li ma jagħtuhomx pubbliċita’ jew coverage fuq NET TV. Ifisser li meta tiġi l-elezzjoni ma jkollhomx exposure u dan ikun messaġġ indirett tal-partit biex l-elettorat Nazzjonalista ma jivvutax lil dawn il-kandidati. Dan hu l-mod kif taħdem id-demokrazija ġewwa l-Ewropa!

U mbagħad huwa veru li l-nies li jagħmlulha l-house gatherings jonfqu l-flus – anki mijiet u eluf ta’ ewro minn buthom għax Metsola ma tħallas xejn u llum dawn inkazzati għaliex ma kienux mistiedna la għar-reception u l-anqas għall-kunċert? Napprezza jekk Metsola toħroġ stqarrija u fiha tgħid li mhux veru li nies li jitqabbdu minn dawn iż-żewġ canvassers biex jorganizzaw dawn il-house gatherings għal Metsola ma ġewx mistiedna għaliex ma humiex mitqies bħala tal-first tier!

Dażgur li wara din l-attivita’ hemm marbut magħha aktar minn fatt ta’ kunċert privat!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *