Rosianne Cutajar ittella’ post biex tifraħ lis-sindku tal-Gżira: persuna taqra l-messaġġ ta’ Rosianne Cutajar bħala botta kontra Ramona Attard.
Rosianne Cutajar tellgħet post biex tifraħ lis-Sindku tal-Gżira li rnexxielu jżomm il-ġnien pubbliku għan-nies. Dan hu l-messaġġ ta’ Cutajar.

Fl-istess waqt xi ħadd ħalla dan il-messaġġ fejn fakkar li s-sindku tal-Gżira, li hu laburista, kellu jiġġieled kontra tiegħu l-Presidenta tal-Partit Laburista, Ramona Attard. Attard kienet qed tidher bħala l-avukata tal-Awtorita’ tal-Artijiet. Issa l-Awtorita’ tal-Artijiet tilfet din il-kawża anki fl-appell. Din hija disfatta għal Ramona Attard kemm bħala president tal-partit Laburista u anki bħala l-avukata tal-Awtorita’ tal-Artijiet. B’hekk f’dan il-messaġġ ta’ Rosianne Cutajar hemm min anki qarah bħala botta indiretta lil Ramona Attard li ppruvat tieħu post Rosianne Cutajar fil-parlament bl-appoġġ tal-media u tar-Repubblichini.
