L-isfidi futuri demografiċi ta’ pajjiżna ser ikunu marbuta mal-waste, sanita’ u infrastruttura pubblika: illum il-media tatna provi oħra ta’ dan.

Illum tajt lecture fejn tkellimt dwar id-demografija u l-ibliet. Il-lecture bdejtu b’intervista qasira li kienet tat Victoria Bateman dwar x’jagħmel ibliet moderni. Bateman kienet saret famuża b’azzjoni personali li kienet għamlet kontra Brexit. Kienet neżgħet għarwiena biex tgħid lill-Ingliżi li l-pajjiż ser jispiċċa għarwien.

Bateman tgħid li l-maġġoranża tal-ibliet il-kbar futuri ser ikunu fl-Asia. Hija tgħid ħaġa oħra. Hi tgħid li l-isfidi futuri ser ikunu dawk tal-waste u tas-sanita’. Imbagħad magħhom inżid dawk infrastrutturali u ta’ transport.

Nemmen li aħna f’Malta espandejna l-popolazzjoni mingħajr ma tajna emfasi professjonali fuq l-infrastruttura. Xogħol sar imma x-xogħol kien dak li qed inraqqgħu l-pannu bil-qara’ ħamra.

Dan ktibtu bħala introduzzjoni għal dak li bagħtli Edwin Vassallo biex intellgħu bħala artiklu. Edwin Vassallo ħa spunt minn żewġ aħbarijiet li kien hemm illum marbuta mat-traffiku f’The Times. L-ewwel wieħed hu marbut ma’ inċident tat-traffiku. Dan l-inċident wera biċ-ċar li Malta mhix ppreparata fl-istrutturi tagħha għaż-żieda fil-popolazzjoni li kellna.

Edwin kitibli hekk:

Illum minkejja l-miljuni li qed jintefqu fil-bini tat-toroq ġodda, appenna jkun hemm inċident qed nispiċċaw naraw toroq magħluqa għat-traffiku għaliex b’inċident wieħed ta’ traffiku hemm ċans li tispiċċa tagħlaq triq u jwaqqaf it-traffiku kollu. Din issa hija r-realta’ ta’ pajjiżna u bil-karozzi jiżdidu, it-traffiku ser jispiċċa jkun jiswa’ spiża kbira għaċ-ċittadin u għan-negozji. Il-ħin li tagħmel sejjer minn post għall-ieħor ser jkun wieħed mill-akbar spejjeż li trid tħallas ghalihom.

It-triq tal-Għadira hija ezempju ċar ta’ dan l-ippjannar ħażin. Kif jkollna ġurnata li kulħadd jkun sejjer Għawdex għidli x’ser jiġri f’din it-triq. It-TM teħtieġ tinvesti. Dan hu anki riżultat ta’ żbalji passati fejn it-toroq saru kważi one lane u forsi jkollna x-xorti li naraw two-line f’karreġġjata waħda, jiġifieri t-traffiku jkun sejjer kollu f’direzzjoni waħda. Imma jidher li l-iżbalji qed jiġu repetuti.

Għalhekk, TM trid tinvesti f’sorvjelanza biex tara li t-traffiku jimxi kontinwament. Nifhem li TM għandha l -expertise kollu meħtieġ iżda waqt il-prova kollox.

One thought on “L-isfidi futuri demografiċi ta’ pajjiżna ser ikunu marbuta mal-waste, sanita’ u infrastruttura pubblika: illum il-media tatna provi oħra ta’ dan.

  1. It-triq ta-l’ghadira. Mur gib lil TM tmis xi sigra jew haxixa jew xi ramla jew iddejaq il-banbkina tal prominade biex tghamel lane ihior kemm kienu iwerzqu ic-chisan u sur mercieca.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *