Kumment interessanti taħt storja ppubblikata minn The Shift News dwar iċ-Chairman tal-PBS.
Ta’ The Shift News ippubblikaw storja dwar ċertu Mark Sammut. Dan illum spiċċa Chairman tal-PBS. Skont The Shift News, dan qed jieħu żewġ pagi tal-istess xogħol li qed jagħmel, jiġifieri paga ta’ CEO tal-PBS u paga oħra bħala chairman tal-Bord tad-Diretturi tal-PBS. Imma dak li laqatni personalment kien kumment taħt din l-istorja minn xi ħadd. Mhux ser nikkummenta, imma nħallih għalikom biex taqrawh:

Is-sabiha hi li kemm ilu jmexxi l-PBS dan ir-ragel, l-istazjon Nazzjonali mar lura bhal granc bi programmi nofs kedda u zbalji teknici kuljum.
Min hal Qormi jaqaw dan ?
La kien mal PN u qaleb mal PL, ghandu certezza li jibqa jibla, ghax dal gvern hekk jimxi. Gawdi Zepp !!