Il-ġurnalisti tal-MediaLink ma kinux mistiedna għall-kunċert ta’ Metsola għax mhux mitqiesha bħala tal-first tier.
Minn persuna qrib id-Dar Ċentrali
Ħadt pjaċir naqra l-artiklu tiegħek dwar il-famuż kunċert li għamlet Metsola fil-Manoel Theatre ġimgħa ilu. Naqbel miegħek li kieku dan għamlu Joseph Muscat, kieku xbajna naqraw li dan kien skandlu kbir min-naħa tal-kink ta’ Malta! Issa għandna r-reġina u qed iġġib ruħha qiesha xi prinċipessa. Imsomma kif ngħidu bil-Malti, arani u la tmissnix.
Imma nixtieq infakkar fuq skandli oħra li nqalgħu marbuta mal-Orkestra Nazzjonali. Jien għadni ma nsejtx kemm werżqu tal-media indipendenti u għajtu li kien skandlu kbir meta taħt Joseph Muscat l-Orkestra Nazzjonali rċeviet fondi mingħand oligarka Russu qrib ta’ Putin. Tiftakru kemm kien sar diskors dak in-nhar?
U fuq kollox tiftakru kemm għamlu plejtu tal-media indipendenti meta Joseph Muscat uża l-orkesta bħala parti mill-messaġġ tiegħu tal-Ewwel tas-Sena. Jien għadni ma nsejtx. Imma issa jidher tajjeb li l-Eminenza tagħha, il-Prinċipessa Roberta Metsola tista’ tuża l-Orkestra Nazzjonali għall-funzjoni privata tagħha bi spettaklu u reception wara għall-elite ta’ Malta u Għawdex.
Ara issa ma jimpurtax li għal din l-okkazzjoni, l-Eminenza tagħha, Roberta Metsola tuża lil Joseph Calleja biex ikantalha. Tiftakru meta Joseph Calleja kien offra s-servizzi tiegħu lil ta’ Henley. Ara hemm kellna boycott. Imma meta tkun Metsola, kollox jinbidel.
Fuq kollox, kien hemm xi ħadd li staqsa kemm kien hemm ġurnalisti mill-media indipendenti li ġew mistiedna biex jattendu għal dan il-kunċert? Dawn huma ġurnalisti li jridu jinvestigaw lil kulħadd u kollox. Ara huma mbagħad, ma jiddejqux jattendu kunċerti proġettati bħala attivita’ esklussiva għas-sinjuri u l-elitisti ta’ Malta u Għawdex u anki jmorru wara r-reception, jieħdu drink magħhom.
Huwa fatt magħruf li Metsola ilha li startjat il-magni tal-kampanja tagħha għall-elezzjonijiet Ewropej. Huwa ċar li quddiem il-kriżi li qed jiffaċċja l-gvern ta’ Robert Abela, Metsola qed tibni l-alleanzi mal-elitisti ta’ Malta li għandhom il-kapital biex jiddeterminaw min jista’ jiggverna lill-pajjiżna. Qed tagħmel kif għamel Joseph Muscat qabel l-2013 u qed tagħmel agreements mal-aktar nies b’saħħithom finanzjarjament ġewwa pajjiżna. Ara hemm ma jimpurtahiex li dawn jista’ jkunu potenzjalment involuti f’money laundering.
Allura quddiem dan kollu, il-media hekk imsejħa indipendenti, li kellha l-ġurnalisti tagħha għal din l-attivita’, ma kellhiex interess tirrapporta liema politiċi attendew għal dan il-kunċert u liema businessmen bi spallejhom wesgħin kienu preżenti? Infakkar li wara dan il-kunċert kien hemm reception il-Każin Malti. Ara fuq din ir-reception, il-gazzetta Illum ma qaltilna xejn, Xi ħadd staqsa kemm ġie jiswa’ dan ir-riċeviment?
Infakkar li Metsola tħobb ittella’ r-ritratti tal-attivitajiet tagħha fuq Facebook. Anki meta tkun qed tiekol xi pastizz tara r-ritratt tagħha fuq Facebook biex tidher ‘humble’. Imbagħad għamlet festa daqshekk kbira biex tiċċelebra l-għoxrin anniversarju tat-tieġ u ma kitbet xejn? L-anqas ritratt wieħed? Għaliex? Ma hix xi mara li tiddejjaq mill-pubbliċita’ fuq il-Facebook!
Imma l-ikbar daħqa hija hawn. Waqt li t-top journalists tal-media indipendenti kienu mistiedna għal din l-attivita’, għax dawn huma mitqiesha tal-first tier, dawk tal-Medialink ma kienux mistiedna għaliex dawn mitqiesha bħala second jekk mhux third rate journalists minn Roberta Metsola. Imma mbagħad l-istess Metsola tippretendi li dawn ikunu dejjem hemm għas-servizz tagħha jew kif ngħidu at her beck and call, bħal l-iskjavi ta’ żmien l-imperu Ruman. Mela tajjeb. Metsola l-ħin kollu tordnalhom lill-ħaddiema tal-Medialink u mbagħad l-anqas biss stidniethom. Infatti ħafna minnhom huma nkazzati ħafna.
Mhux ta’ b’xejn li Metsola ma tellgħetx ritratti ta’ din l-attivita’ biex turi kemm kienet lavish mal-elitisti ta’ Malta għaliex kieku għamlet hekk kienet tkun biss tkompli troxx il-melħ fuq il-ferita’ li jisimha l-finanzi tal-Partit Nazzjonalista. Kulħadd jaf li l-finanzi huma ħżiena. Ħafna mill-ġurnalisti li jinstabu at her beck and call l-anqas jafu jekk hux ser jitħallsu fl-aħħar tax-xahar minħabba l-qagħda tal-Partit. Imbagħad minflok tara kif Metsola kif tista’ tgħin il-partit, tara kif ittajjar dawn l-eluf ta’ ewros kollha biex tifforma alleanzi mal-elitisti ta’ Malta.
Biss meta niġu għall-house visits u l-house gatherings, hemmhekk l-affarijiet jinbidlu. Jien ninsab infurmat li hemmhekk Metsola tippretendi li dawn jitħallsu mill-attivisti tagħha u mhux minnha. Tkellmu man-nies li jagħmlulha l-house gatherings u taraw kif dawn dejjem ikollhom iħallsu kollox huma.

Minghajr ma nidhol fil mertu jekk ghamlitx sewwa Metsola….li tqabbilha ma’ Muscat huwa dejjem inaccettabbli u inkumparabbli. Apparti li dak li qed issemmi bhal meta uza l-orkestra nazzjonali biex iwassal il messagg tal-ewwel tas-sena ma kenitx xi haga personali, u mhux minn flusu, imma flus il-poplu, Muscat postu huwa l-habs, allura kull haga li jaghmel, hi x’inhi, iva, hija skandlu kbir.
Fik ponsius pilot!!! Qattaha hu l kundanna flok hasel idu.
Missek ghazilt “judge, jury, prosecution, executioner” bhala isem, kien ikun iktar addattat.
Mhux ta’ b’xejn Pontius Pilatus għax daqsu taf tiġġudika. Sawwat lil Kristu ta’ xejn biex joġgħob lil knisja Lhudija ta’ dak iż-żmien li kienet xewxet in-nies kontra dak bniedem innoċenti, biex xorta kien ta’ xejn, u paxxihom għax riduħ imsallab fuq salib. Ħasel idejħ ħalli mingħaliħ ma jkunx fuq il-kuxjenza tiegħu. Lil min ħeles minflok Kristu? L-ISIS ta’ dak iż-żmien, lil Barabba li kien terrorist! Nispera li qrajtu l-messaġġ ta’ bejn ir-rigi.
Prosit għalik!
Metsola nafqet xi flus tal – Poplu ?
Jekk iva ghamlet hazin jekk le dik affari tghaha.
Xugih ta zaqq ghandkom 🍋🍋🍋🍋🍋🍋
https://lovinmalta.com/lifestyle/prime-minister-teases-fans-with-favourite-songs-ahead-of-playlist-concert/