Il-Kamra tal-Avukati ser tikkundanna lil Mark Camilleri talli attakka l-avukat ta’ Christian Borg għax qed jagħmel xogħlu?
Mark Camilleri tella’ artiklu fejn fih attakka l-avukat ta’ Christian Borg, Albert Zerafa. Dan kollu għaliex Zerefa jiġi ħu l-mara tal-Prim Ministru. Fi kliem ieħor, jiġi silfu. Ovvjament f’dan il-każ, l-avukat Zerafa qed jagħmel xogħlu. Fl-imgħoddi l-avukat Albert Zerafa kien jaħdem fl-uffiċju tal-Prim Ministru imma mbagħad mar jaħdem għar-rasu. Hu normali li persuni jfittxu avukati li f’għajnejn huma qrib il-gvern tal-ġurnata. Meta jinbidel il-gvern tal-ġurnata jinbiddlu l-avukati.
Imma issa nistenna li l-Kamra tal-Avukati tagħmel l-istess bħal ma għamlet meta Christian Borg tella’ poster biex jirredikola lil Jason Azzopardi. Dak in-nhar il-Kamra tal-Avukati kienet qalet li dan mhux sew għaliex issa Jason Azzopardi ma hux aktar fil-politika u talbet li dan il-poster jitneħħa. L-avukat Zerafa mhux fil-politika qiegħed. Allura issa l-Kamra tal-Avukati u l-President tagħha ser joħorġu stqarrija biex jitolbu lil Mark Camilleri jneħħi dan l-artiklu? Jaqaw il-Kamra tal-Avukati hija selettiva fl-istqarrijiet li toħroġ?
Infakkar li Jason Azzopardi ma ddejjaqx jagħmel share taċ-chats illegali li ppubblika Mark Camilleri. Ara hemmhekk, il-Kamra tal-Avukati l-anqas biss tniffset anki jekk skont l-istess Jason Azzopardi min jagħmel dawn l-affarijiet huwa verosimilment f’konfoffa ma’ għaqdiet kriminali.
Qed ngħid dan kollu, mhux għax għandi xi alleanza ma’ Christian Borg. L-anqas xejn. F’dan is-sit, illum tellajt artiklu li fih persuna qed tgħid l-esperjenzi tagħha wara li skont hija ġiet iffrodata minn Christian Borg. Ma ddejjaqtx xejn nippubblikahom. Qed nikteb dan f’ġieħ il-konsistenza u l-onesta’ li ċertu għaqdiet, hekk imsejħa rispettabbli, irid jkollhom. Meta għaqda ssir selettiva u titkellem biss skont min ikun l-individwu, allura hemm tkun titlef il-kredibilita’ tagħha.

Jason Azzopardi huwa l-avukat ta’ Repubblika u allura mhux sew li jkun hawn min jikteb jew jikkumenta dwaru! Imma dwar ħaddieħor dak jiġi dritt tal-espressjoni. L-ipokrezija ta’ dawn in-nies tixgħel bil-lejl u bi nhar!!
Jekk qed tfittex il-konsistenza min dawn in-nies bit-tama ha tibqa. Dal-ghodu ghada kemm infaqat il-buzziqa ta-flask u pizzutu.