Il-Ħadd li għadda, Metsola għamlet kunċert fil-Manoel u l-media tgħid kemm kien ħelu; kieku għamlu Joseph Muscat, l-istess media ilha ġimgħa tgħajjat li dan skandlu kbir.
Mela Illum tatna l-aħbar li l-Ħadd li għadda, il-koppja Metsola għamlet kunċert privat fil-Manoel Theatre. Xi ħadd qalli li dan il-kunċert privat sar għaliex kellhom l-anniversarju. Imsomma skont dan is-sors dan kien ir-rigal ta’ Metsola lir-raġel tagħha. Illum hi parti mill-Malta Today u allura qed tagħti spallata lil Metsola billi ddiskrivit dan il-kunċert bħala xi ħaga romantika.
Immaġinaw ftit li kieku kien Joseph Muscat għamel xi kunċert bħal dan x’kien jinqala’. Immaġinaw għamel kunċert fil-birthday tal-mara kemm kienu jgħidu li hu skandlu. Imma għaliex għamlitu Metsola, ġie deskritt bħala kunċert romantiku ta’ min ifaħħru.
Issa dejjem skont Illum, dan il-kunċert kien hemm Joseph Calleja u anki l-orkestra Nazzjonali. Naħseb li Calleja tħallas ta’ dan il-kunċert u sew għamel. U naħseb ukoll li l-orkestra tħallset ukoll.
Mhux ser nidħol kemm sewa Joseph Calleja imma xi ħadd qalli li biex tikri l-Manoel Theatre jiswa 3000 ewro waqt li l-kirja tal-orkestra tiswa minimu ta’ 8000 ewro.
Fuq kollox, preżenti kien hemm l-establishment tal-PN. Ma setax jonqos hux li jkun hemm anki Richard Caruana Cachia.
Dawn l-ispejjeż kollha għall-kunċert li dam xi siegħa b’kollox. Wieħed jikkalkula li għal dan il-kunċert intefqu bejn għoxrin u tletin elf euro. Imsomma mhux ta’ b’xejn li jiġġieldu biex jispiċċaw ġewwa l-Ewropa. U l-poplu jibla’ t-taxxi!
Infakkar kemm kien inqala’ nkwiet u tgħajjir għaliex Joseph Muscat għamel birthday party il-Girgenti. Dan il-kunċert ta’ Metsola sar ġimgħa ilu u l-media l-anqas biss qalet kelma waħda. Issa ppreżentat din l-aħbar l-Illum u din il-kakkata qed tkun muriha bħala pudina tfuħ.
Fuq kollox, għaliex l-istess media, ma hix tistaqsix kemm ġiet tiswa’ din l-attivita? Fuq xi murtal tal-festi, il-media tal-Liberali jagħmlu għaġeb! Ara fuq il-festi tagħhom, ma jimpurtax li jitnefqu l-elufi u jġibu ruħhom qieshom xi prinċipijiet u rejiet.

Wara li dan is-sit ippubblika din l-istorja, irċevejt messaġġ mingħand partitarji Nazzjonalisti u qaluli li kien ikun aħjar li kieku dawn il-flus li nefqet Metsola biex tiċċelebra dan l-anniversarju tathom lill-Partit Nazzjonalista. Kieku għamlet hekk, kienet qed tkun tagħmel opra ta’ karita’ mal-istess partit. Hemm min saħasitra qed jgħid li nefqgħet aktar milli kkalkulajt jien, jiġifieri 30K u l-ispiża setgħet anki telgħet għal 40K.
Fuq kollox, Metsola titla’ bis-saħħa tal-Partit Nazzjonalista. Imsomma kulħadd qed jara kif jirkeb fuq dan il-partit, mhux għall-imħabba tal-patria jew tal-Partit Nazzjonalista, imma biex jara kif ħa jħaxxen butu. U biex tonfoq 40K fuq attivita’ ta’ siegħa trid tkun verament qed taqlagħha tajjeb minn fuq l-Ewropa! Fuq kollox, jekk ma ridtx tagħtihom lill-PN, xi ħadd ieħor qalli, dejjem setgħet tathom karita’.
Din kienet attivita’ privata u nifhem li kulħadd għandu dritt għal dan. Li mhux aċċettabbli huwa l-fatt li hawn min għandu kull dritt li jorganizza festin, u hekk għandu jkun, imma jekk dan jagħmlu ħaddieħor isir skandlu! Għaliex f’dan il-pajjiż hawn żewġ rażeż ta’ nies; dawk li għandhom id-dritt divin li jagħmlu li jixtiequ u oħrajn li huma ta’ razza nferjuri!
Spot on. Hadn’t even read the whole article and my first thought was ‘ kieku aghmlu Joseph Muscat dan il-festin???
Qed thawdu! Dan kien festin privat imhallas minn flusha li qieghda taqlaghhom minn xogholha, x’inhi l-problema?? Tkun problema meta taghmel festini privati (f’dar ufficjali) u tistieden kriminali li jkunu qed jigu investigati waqt li jkollok pozizzjoni ta’ PM, u l-festin jithallas minn flus il-poplu, mit-taxxi taghna. Dik id-differenza!!
kieku waqa u kieser sejqu u meta jaqa u jikser sejqu tal-fourth pillar daqs li kieku kiesru seqhom.
Kieku ghamlu xi hadd iehor u hallas mhux xorta….qalla il flus lill haddiema maltin…..imma certu nies mhux ihallsu lill haddiem ..imma idahhal il flus mit taxxi tal haddiem.
Tajba wkoll flusha u ma tuzhomx u tonfoqhom kif trid!! Dan x’ragunar hu? Kif tikkomparaw lill jm mahha korrott prima kwalita bil provi!
Qed tghidu inthom stess kemm gietha mhux tajjeb li nefqithom fuq il maltin u f’malta milli ghamlet l’istess barra min malta. Tippruvaw thamguha imma ma tistawx ghax m’ghandkomx fuq hix! Dawk flusha tahdem ghalihom ma serqithom jew imbroljat lill hadd.
Veru kulhadd jonfoq flusu kif irid.Imma holl xaghrek u gib iz-zejt kieku kien xi wiehed rinomat Laburista
Ghatina ezempju tal ‘kieku’
Din minn flusha ghamlitu mhux mit taxxi tal poplu.
Hekk ghandhom ikun laffarijiet mhux kulhadd jithanzer minn fuq dahrna.