Ta’ The Times jgħidu kemm hu kbir Melo Hili talli ħa jġib li fuq Kemmuna tista’ tmur biss jekk tiflaħ tħallas!
Minn qarrej ta’ dan il-blogg.
Inti lbieraħ tellajt storja dwar The Times u l-konnessjonijiet ċari tagħha ma’ Melo Hili u r-Repubblichini li huma biċċa waħda mal-istess Times. Infatti meta qrajt l-artiklu dwar Melo Hili u l-proġett tiegħu fuq Kemmuna ma ridtx nemmen l-għajnejha. Is-soltu ta’ The Times joħorġu qatta’ bla ħabel kontra l-iżviluppaturi. Iżda min qara l-gazzetta jew l-intervista’ ma’ Melo Hili, żgur ftakar f’George Orwell għax jidher li hemm xi annimali li huma aktar indaqs minn annimali oħra.
Mela jekk Portelli jibni bini għoli iqattgħuh u meta għamlulu intervista kienet biex jinfexxu fih.
Jekk Stivala idejjaq lill-ġirien isallbuh u fl-intervista li jagħmlulu idumu jagħtuh bil-frosta għall-ġimgħat.
Imma Hili le. Se jibni fi gżira li hija żona naturali protetta bil-pjan tiegħu huwa li ma tkunx tista’ tmur Kemmuna jekk ma tiflaħx tħallas u ta’ The Times jgħidulu kemm int kbir. Ma jridx familji b’dgħajjes żgħar għax idejjquh hemm. Irid biss cabin cruisers enormi. Dawk tajbin ħafna u ma jħammġux l-ambjent.
The Times għamlulu intervista iżda minflok staqsuh dan kollu, trattawh bl-ingwanti u kważi spiċċaw iċapċpulu. Kienet intervista mill-playbook tal-Pravda fi żmien l-Unjoni Sovjetika.
Mhux se ngħidu li The Times ħadu l-flus iżda l-ispag deher marbut. Forsi ikkonvinċihom bl-Ingliżati u raffinatezza li Portelli u Stivala m’għandhomx.

Wara li thabbar ta’ min ha tkun il-lukanda, u d-ditta internazzjonali li ser ikollha maghha, f’daqqa wahda sparixxa kull hjiel ta’ paroli favur l-ambjent…ibda mit-times, u kompli bil-LovinMalta – li tiga brandjawha Malta’s White Lotus, b’referenza ghal serje televiziva amerikana dwar lukanda simili ghalkemm fittizja, gewwa Sqallija. Issa girja ghall-flus tal-marketing – haga li diga rajniha minn meta sirna nafu li Mercury Towers ghamlitu Zaha Hadid!