Il-każ tat-tabib Naged Megally; każ ieħor fejn il-qorti tal-appell tikkrea inġustizzja flok tagħmel ġustizzja ma’ persuna li dan il-gvern irid joqtolha bil-ġuħ.
Il-Ħadd li għadda, il-Mument tatna l-istorja tat-Tabib Naged Megally. Dan hu tabib, fl-opinjoni ta’ dan is-sit, vittma tal-arroganza li teżisti llum fl-awtorita’ jew dipartiment tal-gvern. Flok il-qrati tal-Appell tagħna jaraw li din l-arroganza tiġi mrażżna, qed jispiċċaw jagħtuha r-riħ. Dan is-sit iltaqa’ mat-tabib Megally u ser ikun qed jitkellem dwar il-każ tiegħu.
Dan it-tabib ilu fil-professjoni sa mill-1988 meta beda jservi fl-isptar Karen Grech u wara fl-isptar Mater Dei. Wieħed jistaqsi, għaliex qed jiffaċċja problemi kbar u ilu f’din is-sitwazzjoni mill-2013? Dan it-tabib Naged Megally ilu jagħmel ix-xogħol ta’ ultrasound ta’ ommijiet fit-tqala għal bosta snin. Kellmuni ommijiet li kienu taħtu u qaluli li mn’Alla kien hu għaliex kieku ma kienx hu, it-tarbija tagħhom illum mejta. Iżda mill-2013, lil hawn, dan it-tabib kien fil-mira ta’ vendikazzjonijiet u diskriminazzjoni mill-għola Awtoritajiet tal-iSptar Mater Dei. B’hekk kellu jidħol il-qorti.
L-ewwel qorti, immexxija mill-imħallef Grazzju Mercieca tagħtu raġun. Imma l-qorti tal-appell, immexxija mill-prim imħallef Chetcuti – li jiddispjaċini ngħid għandu record ikrah ta’ kif isib ix-xagħra fl-għaġina biex jaġevola l-ħmieġ tal-awtoritajiet, qaleb din is-sentenza. B’hekk dan it-tabib ma fadallux triq oħra ħlief li jmur quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.
Dan it-tabib kellu intervista twila mal-gazzetta il-Mument. Minħabba dak li dan it-tabib ilu għaddej minnu wasal biex jiddikjara li “U ma nistax nifhem għal xix, għaliex jien dejjem qdejt ħidmieti bl-aktar mod dedikat u serju. Imma għaliex jien għandi diżabbiltà, allura jridu jkissruni minn kollox”. Hu qal hekk għaliex mhux biss tilef il-kawża issa fl-appell, imma minħabba din is-sentenza ta’ Chetcuti u żewġ imħallfin l-oħra, dan it-tabib ma jistax jaħdem Mater Dei u l-anqas jista’ jaħdem privatament u l-anqas jista’ jsiefer.
Megally huwa tabib speċjalizzat fil-qasam tal-Fetal Medicine. Din twassal biex ikollu ċertifikat tal-ispeċjalizzazzjoni tiegħu li jingħata kull sena u li għadu jgawdi minnu sal-lum. Huwa saħansitra kien it-tabib pijunier li daħħal għall-ewwel darba dawk li huma magħrufa bħal 4D Scans.
Fl-2013, mal-bidla tal-Gvern, kien hemm bdil fl-amministrazzjoni tal-isptar Mater Dei. Minn dik in-nhar bdew jitfaċċaw il-problemi għal Dr. Megally. Il-problemi qalagħhom l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni tal-istess sptar meta ma ħallliex lit-tabib juża s-sistema 4D Scans li għalihom kien hemm sitt magni. Barra minn hekk fuq direzzjoni tal-istess uffiċjal dan is-servizz permezz ta’ dawn il-magni twaqqaf għal kollox għax skont l-uffiċjal, dan kien ‘ħala ta’ ħin’.
Fis-snin ta’ wara il-Kap tad-Dipartiment ta’ dan it-tabib li kien jimxi id f’id mal-uffiċjal għoli tal-isptar kompla jnaqqar u jnaqqas mir-rwoli li kellu l-istess tabib b’tali mod li spiċċa jservi fl-isptar Mater Dei għal ġurnata waħda biss. Jirriżulta wkoll li din is-saga baqgħet għaddejja għaliex fl-2018 waqt li kien qed jara xi pazjenti daħal fuqu l-Kap tad-Dipartiment u ordnalu biex jitlaq mill-klinika fejn kien qed iservi bir-raġuni tkun li Dr Megally kien idum jara l-pazjenti għax kellu problema, naturalment kien qed jirreferi għall-problema fiżika li għandu t-tabib.
Meta kkuntatja l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni, dan mhux talli kkonferma dak li ddeċieda l-Kap tad-Dipartiment li jkeċċih mill-klinika, talli żied u qal lill-istess tabib li mhux kien ser ikeċċih mill-klinika tal-Obstetrija u l-Ginekoloġija biss, iżda mill-Isptar Mater Dei kollu. It-tabib ma kellux triq oħra ħlief li jikteb lill-Ministru, li waqqaf inkjesta. Ftit wara bagħat għat-tabib l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni li sa dak in-nhar kien tbiddel u qallu biex iwaqqa’ l-każ. Ir-riżultat tal-inkjesta kien kontra t-tabib u allura ma kellux triq oħra ħlief li jmur il-qorti. Imma mbagħad meta tara kif kien kompost dan il-bord ta’ inkjesta li ried il-Ministru Fearne, tinduna kif jinħadmu nkjesti fażulli minn dan il-gvern. U mbagħad, dan il-gvern ma jridx li ssir inkjesta għall-mewt ta’ Sofia, għaliex jaf li din ma jistax jimmanipulaha.
Għalkemm fetaħ il-kawża, ma naqsux it-tentattivi biex ikeċċu lit-tabib Megally mill-professjoni tiegħu. Il-kawża nqatgħet favur it-tabib u saħansitra ġie mogħti kumpens imma l-Gvern appella, u s-sentenza tal-appell marret kontra t-tabib. Issa dan it-tabib ma fadallux triq oħra ħlief li jmur quddiem il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem. Wieħed jispera li dan it-tabib isib ġustizzja ġewwa l-Ewropa.

Gvern zibel li tilef kull kontrol. Issa anke mà persuna b’dizabilita qed taqbdu? Ara vera missejtu l-qiegh. Nisthi nghid li jien laburist. Issa nivvutalkom!
This is unbelievable what I hear
How can you use his disability for your jealousy.I believe in Dr megally. He is the most professional doctor. He saved my daughters life .I will never forget when I had bleeding in my pregnancy at 10 weeks I was hospitalised in hospital for 2 days and yet was sent home with no knowing why. I then went to see another gynae privately and he told me I had an empty sack with no heart beat when materdei had just told me there was still the baby heart beat but no diagnosis of the bleeding.I was lost I didnt know if i was pregnant or not.i was talking with someone and they told me go see Dr megally he is a brilliant doctor.I then made an appointment with him at st james in ha zabbar and I told him the story he could see I was panicked he soon calmed me down and told me not to worry. His words were very comforting and he told me to give him a urine sample as I was still bleeding. He instantly found a urinary infection and out me on medication not only to treat the infection but to strengthen my womb. We then did the ultrasound and he said there is the baby I even know the gender if you would like to know it. I cried with happiness as from not knowing if I miscarried or was pregnant he instantly found the reason why I was bleeding and on the same day i found out i was having a baby girl. In the next visit when i was 4 months pregnant doctor megally saw a defect in her face .she had cleft lip and palate:( He explained to me calmly that he has had patients who have had this problem too but he reassured me that now a days they can do anything. He promised me that Dr briffa will do an amazing job. He showed me pictures of other children when born and after and from being all upset he made me believe in myself that I can pull.through this.he was there for me through all my pregnancy and even late at nights if I was concerned about anything he even used to be available at 2 am. There was no time he never replied to me. Come on please tell me if all doctors are going to answer you and help you anytime of day or night sundays public holidays.. Doctor megally is a professional and not to.mention when I had ultrasounds not seen by doctor megally later on in hospital they didnt even know or realise that my baby had cleft lip.They said to.me kollox sew.then I told them myself she had cleft lip and palate and they were surprised then after checking again they could see it.i was lucky enough to have Dr megally to have seen it so early as 15 weeks as it gave me the time to accept it.I dont only see dr megally as a professional doctor but also as a genuine friend.how can anybody out there put this doctor in all this and use his disability to get him back.
This is totally unacceptable
I feel so sad to read this and all this going on after all he has done saved so many babies and rested all those parents to be’s mind
Justice is needed
Good luck Dr Megally I believe in you and I know you will fight this right to the end
You have got my back