L-għajta hija li l-legal notice li għadha kif għaddiet marbuta ma’ xogħol illegali fuq żoni ODZ saret speċifikament biex takkomoda lil Ian Borg.

Il-Malta Today tagħtna storja fejn qaltilna li “‘minor’ illegalities on partly ODZ buildings can now be regularized, allowing properties to be sold“. Fi kliem ieħor, qed tgħid li din qed tagħti lok biex ikunu emendati xogħol minuri li jkun sar ħalli l-propjeta’ tkun tista’ tinbiegħ. Imma din hija legal notice speċifika. Dawk li jistgħu japplikaw huma binjiet li jinsabu fil-limiti ta’ żona ta’ żvilupp u kellhom xi żvilupp li joħroġ il-barra miż-żona.

Sadanittant, kiteb Robert Musumeci fejn qal li din LN96/23, jiġifieri din il-legal notice saret primarjament biex issolvi xi problemi li jeżistu Għawdex.

Dan is-sit jinsab infurmat li din saret “tailor made” biex issolvi l-problema li għandu Ian Borg marbuta mal-pool tad-dar tiegħu ġewwa Ħad-Dingli. Fuq kollox, ir-realta’ li hemm Ħad-Dingli ma tantx hija differenti minn dik li qed jiddeskrivi Robert Musumeci għal Għawdex. Ma naħsibx li hija kumbinazzjoni li r-ritratt li tat il-Malta Today juri swimming pool fuq il-parametri ta’ żona ta’ żvilupp.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *