It-Times qed tipprova tbiddel l-opinjoni tan-nies dwar il-proġett mostruż ta’ Melo Hili fuq Kemmuna: forsi għax dan mar-Repubblichini u l-assistenta tiegħu eks-ġurnalista ta’ The Times?

It-Times tatna artiklu, b’eżerċizju ta’ PR, biex jipprovaw tbiddel l-opinjoni pubblika tan-nies dwar il-proġett tal-lukanda f’Kemmuna. Forsi dan seta’ jiġri għaliex waħda mill-assistenti ta’ Melo Hili hija eks-ġurnalista tat-Times? Fuq kollox hu fatt magħruf u li ma ġie miċħud qatt, li Melo Hili huwa mar-Repubblichini tant li r-Repubblichini qatt ma tkellmu kontra dan il-proġett ta’ Hili. Dan is-sit staqsa ħafna drabi jekk Melo Hili hux wieħed mill-isponsors tar-Repubblichini u tal-kampanji tagħhom kontra Malta. Sallum għadu bla tweġiba.

Meta taqra l-intervista li Melo Hili ta lil The Times taħseb li ta’ Hili se jġibu l-ġenna fl-art. Taħsbek li se jipperfezzjonaw Kemmuna iżjed minn dak li għamlet in-natura. Imma mkien il-ġurnalista ta’ The Times ma qajmet l-ilmenti serji tan-nies li għalihom irreaġixxa Adrian Delia, l-għaqda Graffitti u issa anke l-Prim Ministru Robert Abela.

Kull ma għamlu hu li taw spazju lil Melo Hili biex jerġa’ jirrepeti dak li qal ftit tal-ġranet ilu fi stqarrija. Dan hu Green Washing galore. U biex iżjed jidħol dan is-suspett f’moħħ in-nies u kemm ta’ Hili jridu jinfluwenzaw lill-media u l-opinjoni pubblika, l-istess storja ssibha fil-Lovin Malta. Meta tmur fis-site ta’ l-Lovin Malta issib din l-istorja kelma b’kelma u b’link li jieħdok fl-intervista tat-Times.

Ovvjament il-fatt li ta’ Hili huma wkoll il-propjetarji ta’ McDonalds f’Malta u dawn jirreklamaw ħafna ma’ dawn l-istess gazzetti ma għandux jittieħed li għandu x’jaqsam ma dan kollu!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *