Tista’ l-Kamra tal-Kummerċ tikkonferma li Mark Camilleri kien membru tagħha u tkeċċa bla kliem u bla sliem?

Dan is-sit jinsab infurmat li Mark Camilleri tneħħa jew aħjar tkeċċa mill-Kamra tal-Kummerċ bla kliem u bla sliem. Fit-13 ta’ Marzu, il-Kamra tal-Kummerċ ħabbret li laqgħet fi ħdanha lil Mark Camilleri b’post fuq Facebook kif tagħmel lil kulħadd. Saħansitra Mark Camilleri għamel share fuq Facebook u xi jumejn wara mar l-ikla tal-istess Kamra tal-Kummerċ u ħa r-ritratti ma’ Roberta Metsola. Illum dak il-post ma jeżistix aktar.

Fil-kamra tal-kummerċ ħafna kienu diġa’ bdew jistaqsu kif il-Kamra, b’reputazzjoni bħal din, tgħabbiet b’xi ħadd bħal Mark Camilleri. Iżda, ma damitx ma faqqgħet internament. Wara li llikja c-chats ta’ Rosianne Cutajar u allura kiser ordni tal-qorti, il-Kamra tal-Kummerċ keċċiet lil Mark Camilleri. Fil-fatt, għalhekk il-post ma ssibhiex.

Il-Kamra tal-Kummerċ għamlet dan fi skiet assolut u ma qalet assolutament xejn. Min-naħa ta’ dan is-sit, jien ktibt lill-membru għoli tal-Kamra tal-Kummerċ għall-konferma ta’ din l-istorja u għaddew aktar minn jumejn u bqajt bla tweġiba.

One thought on “Tista’ l-Kamra tal-Kummerċ tikkonferma li Mark Camilleri kien membru tagħha u tkeċċa bla kliem u bla sliem?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *