Tal-One jgħidu 4.2 miljun u l-media oħrajn jikkwotaw ħafna iżjed u tissemma ċ-ċifra ta’ 62 miljun f’ħasil ta’ flus.
F’dawn il-jiem qed tiddomina l-istorja ta’ dwar raġel u mara li nżammu taħt arrest wara li l-pulizija akkużathom li evadew il-Vat u s-somma laħqet €62 miljun. Martin Farrugia ta’ 45 mir-Rabat u Henriette Cassar ta’ 49 minn Ħaż-Żebbuġ inżammu arrestati. Imma dak li jolqtok f’din l-istorja li The Times u anki medja oħrajn tkellmu fuq evazzjoni jew ħasil ta’ flus ta’ madwar 62 miljun. Il-One wkoll tatna din l-istorja imma l-istorja tagħhom tgħid li l-evazzjoni jew serq jammonta għal 4.1 miljun. Naħseb li hemm daqxejn tad-differenza, anki jekk dejjem qed nitkellmu fuq miljuni. Għala din id-differenza kollha?
Updated (3): Two remanded in custody over €62 million VAT money laundering scheme
Wednesday, 19 April 2023, 13:39Last update: about 18 hours ago
