Solidarjeta’ man-nurses u l-infermiera: fl-istess baħar tagħhom jinsabu l-pulizija u l-għalliema.
Minn Edwin Vassallo
Nitlob li nuru “solidarjeta'” man-nurses u dawk kollha milquta’ minn dan in-nuqqas ta’ ftehim li l-Gvern għadu ma wasalx għalih. “Solidarjeta'” ma tfissirx kelma ta’ simpatija, iżda kelma ta’ impenn, kelma ta’ support ma’ dawn il-ħaddiema li fuq kollox, bħala poplu, aħna lejhom induru fil-mument tal-prova. Aħna lejhom dorna waqt il-pandemija. Lilhom għidna “proset” u “grazzi ” f’dak il-waqt meta ħafna setgħu jibqgħu jaħdmu mid-dar. Huma kellhom jibqgħu jaħdmu fl-isptarijiet tagħna. Aħna pajjiż li ma nistgħux naffordjaw li nitilfu aktar nurses Maltin u Għawdxin. Ma nistgħux naslu li ngħidu li għandna servizz ta’ saħħa tajjeb bla ma jkollna nurses minn tagħna.
Mela l-pulizija u l-għalliema huma fl-istess ilma tan-nurses. Bħalhom iridu jibdew jaħsbu u jitkellmu dwar kondizzjonijiet aħjar ta’ xogħol il-pulizija u l-għalliema tagħna. Aħna ma nistgħux nibqgħu nitilfu għalliema u pulizija tajbin minħabba l-kundizzjonijiet u l-pagi li dawn jingħataw.
Infakkar li mhux in-nurses biss huma demoralizzati. Bħalissa għandna korp tal-pulizija demoralizzat. Hemm nuqqas kbir ta’ pulizija. Ftit żgħażagħ qed juru interess li jidħlu għal din il-ħidma. Dawn huma ħaddiema li bħan-nurses, rridu nieħdu ħsiebhom u naraw li jkollna min b’kuraġġ jagħzel din il-ħidma bħala professjoni tiegħu.
Hemm wkoll l-għalliema. Għandna żgħażagħ li ma jitħajrux jidħlu għal din il-professjoni għaliex ma hemmx salarju u kondizzjonijiet ta’ xogħol li wieħed ikun jaqbillu li jagħmel din l-għażla f’ħajtu. Ejjew nuru “solidarjeta'” ma’ dawn il-ħaddiema. Din tfisser li naraw li nkunu poplu ta’ impenn favur il-kawża tagħhom ukoll. Dak li hu ta’ ġid għalihom u ta’ ġid għalina u għall-uliedna.
Mela l-pulizija u l-għalliema huma fl-istess ilma tan-nurses. Bħalhom iridu jibdew jaħsbu u jitkellmu dwar kondizzjonijiet aħjar ta’ xogħol. Aħna ma nistgħux nibqgħu nitilfu għalliema u pulizija tajbin minħabba l-kundizzjonijiet u l-pagi li dawn qed jingħataw.

Solidarjeta mal-pazjenti taghna.